Home / News / Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Back to News Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 7th March, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. Għal dan il-għan isir ħafna ħidma ma’ organizzazzjonijiet u individwi minn oqsma differenti tax-xena kulturali tal-pajjiż sabiex il-programm ikun wieħed varjat u miftuħ għall-interessi differenti ta’ membri tal-pubbliku. Il-mistiedna speċjali tal-Festival hija Caroline Smailes. Smailes hija awtriċi rinomata ta’ diversi kotba, fosthom ‘In Search of Adam’ li kien ippubblikat fl-2007 ma’ The Friday Project/HarperCollins. Rumanzi oħra li kitbet huma ‘Like Bees to Honey’, ’99 Reasons Why’, u ‘The Drowning of Arthur Braxton’ li bħalissa qed jinħadem f’film. Caroline Smailes, li għandha parentela Maltija, twieldet Newcastle u studjat il-kitba kreattiva. Matul il-festival, Smailes ser tmexxi numru ta’ workshops fuq it-tema ta’ kitba kreattiva, kif ukoll se jkollha attività fejn ser jinqraw siltiet minn xogħolha u membri tal-pubbliku ser ikunu jistgħu jitkellmu magħha direttament. Fost attivitajiet oħra, se jkun hemm intervisti ma’ awturi, mużika lokali, films marbuta ma’ xogħlijiet letterarji, diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Biblijoteka tal-Università, u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin, u l-pubbliku jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti mill-attività fuq Facebook. Il-pubblikaturi u d-distributuri li se jkunu preżenti huma HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, KOTBA CALLEJA, u BDL. Uħud minn dawn il-pubblikaturi u d-distributuri se jkunu qed jorganizzaw ukoll xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif. Għal iktar tagħrif jew intervisti iktbu lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt jew lil Leanne Ellul fuq ghaqdatalmalti@gmail.com. Membri tal-pubbliku huma mħeġġa jerfgħu d-dati u l-ħininjiet tal-festival sabiex ikunu żguri li jistgħu iżuru l-attivitajiet li ġew imħejja għalihom. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More