Home / News / Ir-Rapport Annwali għall-2022 Back to News Ir-Rapport Annwali għall-2022 Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 3rd February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali komprensiv tiegħu għas-sena 2022. Matul is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fl-impenn tiegħu li jwassal il-ktieb Malti, l-awturi, l-illustraturi u l-pubblikaturi lil pubbliku usa’ permezz ta’ firxa ta’ midja differenti, kompla jinvesti f’diversi produzzjonijiet awdjoviżivi; ikkollabora ma’ diversi entitajiet u organizzazzjonijiet fuq inizjattivi artistiċi, soċjali, akkademiċi u kummerċjali; organizza għall-ewwel darba ċerimonja li laqqgħet flimkien il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti u l-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adulti, żewġ premjijiet li kisbu rekord ta’ 199 sottomissjoni ta’ kotba eliġibbli; u żied il-firxa tal-Fond Malti tal-Ktieb bl-introduzzjoni ta’ żewġ kategoriji ġodda – it-traduzzjoni ta’ siltiet ta’ kotba biex jintużaw bħala pitch għal pubblikazzjoni; u l-pubblikazzjoni ta’ edizzjonijiet ġodda ta’ xogħlijiet letterarji Maltin li bħalissa mhumiex fl-istampa u għalhekk mhux disponibbli għall-pubbliku. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li huwa ċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-kotba fil-kalendarju kulturali Malti, laqa’ l-parteċipazzjoni ta’ 50 esebitur, numru bla preċident, u l-KNK se jkompli jaħdem biex ikabbar dan il-Festival permezz ta’ kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-KNK impenjat biex jinvesti r-riżorsi kollha lejn it-tkabbir tal-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija permezz tal-professjonalizzazzjoni ta’ dawk kollha involuti fiha u permezz ta’ sforzi kontinwi fl-esportazzjoni tax-xogħlijiet letterarji. Huwa għalhekk propizju li l-KNK jirringrazzja lil dawk kollha li kkollaboraw u ħadmu bla heda b’riżq l-industrija tal-pubblikazzjoni f’Malta minkejja l-ħafna sfidi. Id-dati ewlenin għall-fondi, il-konkorsi u l-inizjattivi għal matul l-2023 se jiġu ppubblikati l-ġimgħa d-dieħla. Ir-Rapport Annwali bil-Malti jista’ jiġi aċċessat hawnhekk, jonkella verżjoni għall-mowbajl hawnhekk. [fliph5 id=”dmhxw-rxcs” width=”900px” height=”500px”] SHARE POST Related Articles Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More