Home / News / Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK Back to News Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 10th November, 2019 Ilbieraħ filgħaxija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2019 wara l-premieres tal-film qasir Ġulina (Peter Sant), u episodju mid-dokudrama Storja ta’ Storja (Charlie Cauchi, Martin Bonnici) waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond, imniedi f’Lulju 2019, huwa maħsub biex ikompli jippromwovi xogħlijiet letterarji Maltin bil-produzzjoni ta’ adattament għaċ-ċinema ta’ ktieb rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond mistenni jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed rebbieħ b’allokazzjoni massima ta’ € 200,000. Il-kumpanija awdjoviżiva Shadeena se tirċievi fondi biex tipproduċi l-adattament tal-ktieb rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 ta’ Alex Vella Gera Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. L-applikazzjoni ġiet sottomessa minn Martin Bonnici, li għandu jidderieġi l-film abbażi ta’ skript miktub minn Teodor Reljic. Waqt li faħħru l-livell għoli tat-tliet proġetti sottomessi, il-bord indipendenti ta’ aġġudikaturi, magħmul mill-Professur Saviour Catania, Dr. Norbert Bugeja, u Andrei Vella Laurenti, irrimarka li l-proġett sottomess minn Shadeena ssodisfa b’suċċess l-għan tal-Fond li jippromwovi aktar il-letteratura Maltija billi “jistieden dibattitu, u jinterroga perjodu notevoli u magħruf fl-istorja soċjali u politika ta’ Malta, li joffri bażi mexxejja għal adattament ta’ film li jipprometti li jqanqal interess mill-pubbliku”. Il-valutazzjoni sħiħa dwar kull proġett se jintbagħat lill-applikanti fil-ġimgħa li ġejja. L-applikazzjonijiet għall-fond għalqu fid-29 ta’ Settembru 2019 u l-applikanti ppreżentaw il-proġett lill-aġġudikanti f’Ottubru. Il-benefiċjarju tal-għotja se jkun meħtieġ li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK għall-produzzjoni tal-film sa tmiem l-2019. [add_posts category=film-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More