Home / News / Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19 Back to News Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19 Fondi • Inizjattivi • Other 21st March, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu li jappoġġja proġetti sinjifikattivi kulturalment li jeħtieġu finanzjament sabiex jitwettqu. Anki minħabba l-ammont ta’ sottomissjonijiet ta’ valur f’din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, l-aġġudikaturi ħadu ħsieb li jikkunsidraw ukoll il-valur ta’ kull proġett u, wara analiżi tar-rendikont finanzjarju mehmuż mal-applikazzjoni, allokaw il-fondi b’mod parzjali tali mod li jkunu biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ jew b’mod sħiħ jew parti minnha. Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Mr Mario Ellul, Mr Andrei Vella Laurenti u Mr Charles Calleja. Ir-rapport tagħhom, bil-lista tar-rebbieħa, ir-rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxilhomx jiksbu l-fondi, u l-kummenti tal-bord se jintbagħat lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Tajjeb jiġi enfasizzat li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratti, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett. Dawn li ġejjin huma l-proġetti rebbieħa, li did-darba huma kollha proġetti li applikaw għall-fond tal-publikazzjoni. Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Mintoff (1916-2012) – Biography (EN) ta’ Mark Montebello Applikant: Joseph Borg Għotja: € 5,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni ta’ The Diary of Anne Frank Applikant: Joanne Micallef Għotja: € 4,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni għall-Ingliż ta’ Aenesidemus Vol. 1 Applikant: John Grech Għotja: € 4,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20 Applikant: Janice Caruana Għotja: € 4,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: No Man’s Land: A journey around Marsamxett and the Grand Harbour Applikant: Kristina Borg Għotja: € 4,000 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Bil-Bieb Mitbuq – traduzzjoni ta’ Huis Clos Applikant: Kevin Saliba Għotja: € 3,500 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Applikant: Narcy Calamatta Għotja: € 3,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Rakkont dwar tfal fi djar tat-tfal Applikant: Sandra Hili Vassallo Għotja: € 2,500.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Appuntamenti / Repubblika Immakulata – Żewġ Drammi Applikant: Simone Spiteri Għotja: € 2,500.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Beltin: Stejjer minn Nies Minsija Applikant: Christopher Gruppetta Għotja: € 2,500.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Quest for the Maltese Żaqq: The last of the old bagpipers Applikant: Joseph Mizzi Għotja: € 2,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: L-Ispettur Bonnici – Triloġija ta’ Dramm Applikant: Joseph Mizzi Għotja: € 2,000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Imħabba ta’ Swann – traduzzjoni ta’ Un Amour de Swann Applikant: Paul Zahra Għotja: € 1,000.00 Il-KNK jixtieq jirringrazzja lill-aġġudikaturi msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-awturi, il-pubblikaturi u l-edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-fond. [add_posts category=fund-mt show=100] SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More