Home / News / Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Back to News Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Inizjattivi • Other 23rd April, 2016 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba. Il-KNK ikkollabora ukoll ma’ Malta Libraries, Malta Libraries Council u għadd ta’ entitajiet oħra biex illum ser jittella programm ta’ attivitajiet varji f’għadd ta’ libreriji madwar Malta u Għawdex f’Libraries Day. It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘Harnessing I.T. to Enhance the Library Experience’ u appuntu fil-Librerija Pubblika Ċentrali, għal din l-okkażjoni, ser jiġi varat uffiċċjalment il-Malta Libraries portal u s-Servizz tal-eBooks. Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaddej bix-xogħol intensiv tas-soltu u ta’ matul s-sena, imma fl-istess ħin nixtiequ nieħdu l-opportunità li nħabbru li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jiġi organizzat f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta mid-9 sat-13 ta’ Novembru. Għal din is-sena, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jiġi organzizat bi programm kbir ta’ attivitajiet u b’mistiedna barranin. Dawk il-pubblikaturi, ħwienet tal-kotba u distributuri li jixtiequ jesebixxu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandhom jidħlu fis-sit tagħna www.ktieb.org.mt u minn hemm iniżżlu l-applikazzjoni. Sadanitant, ma nistgħux nonqsu milli nħeġġu lil kullħadd biex jaqra, jixtri u jissellef aktar kotba! SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More