Home / News / Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Back to News Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Inizjattivi • Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other • Pubblikazzjonijiet 17th February, 2013 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn it-tlettax u s-sittax-il sena. ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ huwa rumanz li jitratta dwar kwistjonijiet ta’ mewt, problemi tal-familja, kriminalita’ u l-użu ta’ droga miż-żgħażagħ. Il-protagonist prinċipali, żagħżugħ u ġuvni, jidħol fi kriżi meta jsir jaf il-verita’ fuq missieru u li filfatt, missieru ma kienx miet b’aċċident fuq il-post tax-xogħol skont kif kienet qaltlu ommu. ‘Ħabib fil-bżonn’ huwa ktieb li wkoll jitratta dwar probelmi li ż-żgħażagħ jaf jiffaċċjaw fil-familji tagħhom. Il-protagonist prinċipali jsib kenn u għajnuna minn ħbieb ġodda u flimkien magħhom jesperjenza avventuri ġodda f’Għawdex u f’Messina. L-inizjattiva tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ tal-KNK u l-Aġenzija Żgħażagħ hija immirata sabiex tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Kemm il-KNK u l-Aġenzija Żgħaħagħ jirrikonoxxu l-fatt li f’Malta hawn nuqqas ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti. Din l-inizjattiva li għadha relattivament ġdida, qed tkompli tiġi żvilluppata u l-linji gwida ġodda li fassal il-KNK mal-Aġenzija Żgħażagħ ser jassiguraw li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ u l-kwalita’ tal-kotba f’dan il-konkors jkomplu jitjiebu. Il-konkors ser jerġa’ jinfetaħ fil-jiem li ġejjin b’linji gwida ġodda. Il-Kotba jistgħu jinxtraw mingħand: Sierra Book Distributors – www.sierra-books.com Ritratti tas-serata ta’ premjazzjoni: SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More