Home / News / Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Back to News Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Inizjattivi • Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other • Pubblikazzjonijiet 17th February, 2013 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn it-tlettax u s-sittax-il sena. ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ huwa rumanz li jitratta dwar kwistjonijiet ta’ mewt, problemi tal-familja, kriminalita’ u l-użu ta’ droga miż-żgħażagħ. Il-protagonist prinċipali, żagħżugħ u ġuvni, jidħol fi kriżi meta jsir jaf il-verita’ fuq missieru u li filfatt, missieru ma kienx miet b’aċċident fuq il-post tax-xogħol skont kif kienet qaltlu ommu. ‘Ħabib fil-bżonn’ huwa ktieb li wkoll jitratta dwar probelmi li ż-żgħażagħ jaf jiffaċċjaw fil-familji tagħhom. Il-protagonist prinċipali jsib kenn u għajnuna minn ħbieb ġodda u flimkien magħhom jesperjenza avventuri ġodda f’Għawdex u f’Messina. L-inizjattiva tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ tal-KNK u l-Aġenzija Żgħażagħ hija immirata sabiex tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Kemm il-KNK u l-Aġenzija Żgħaħagħ jirrikonoxxu l-fatt li f’Malta hawn nuqqas ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti. Din l-inizjattiva li għadha relattivament ġdida, qed tkompli tiġi żvilluppata u l-linji gwida ġodda li fassal il-KNK mal-Aġenzija Żgħażagħ ser jassiguraw li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ u l-kwalita’ tal-kotba f’dan il-konkors jkomplu jitjiebu. Il-konkors ser jerġa’ jinfetaħ fil-jiem li ġejjin b’linji gwida ġodda. Il-Kotba jistgħu jinxtraw mingħand: Sierra Book Distributors – www.sierra-books.com Ritratti tas-serata ta’ premjazzjoni: SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More