Home / News / Donazzjoni ta’ Kotba Għal-Libreriji ta’ Ġnien ix-Xewqat Sbieħ f’San Vinċenz De Paul Back to News Donazzjoni ta’ Kotba Għal-Libreriji ta’ Ġnien ix-Xewqat Sbieħ f’San Vinċenz De Paul Inizjattivi • Other 6th May, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum għamel donazzjoni kbira ta’ kotba lill-Faċilità ta’ Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul (SVP f’Ħal Luqa, li se jintużaw fil-libreriji mobbli ġodda li se jkunu fil-ġnien għal persuni bid-dimensja — Ġnien ix-Xewqat Sbieħ. Ingħataw aktar minn 200 ktieb li se jimlew tliet telephone boxes sabiex jippromwovu l-effett terapewtiku tal-qari fost min juża s-servizzi tagħhom. Dawn id-donazzjonijiet, minbarra li jgħinu sabiex il-KNK jippromwovi l-letteratura lokali, importanti għax jassiguraw li aktar setturi differenti mill-popolazzjoni jkollhom aċċess għall-kotba u l-qari. Għal din l-okkażjoni l-KNK ta kotba l-biċċa l-kbira minnhom bil-Malti — minn rumanzi sa poeżiji u kotba tal-istorja jew ta’ referenza — li se jgħinu lir-residenti biex il-memorja tagħhom tkun stimulata. Dal-kotba se jkunu qed jintużaw ukoll għal sessjonijiet terapewtiċi ta’ qari li fihom ir-residenti titqanqlilhom il-memorja. Ġnien ix-Xewqat Sbieħ ġie inawgurat f’Mejju tal-2023 bħala ġnien terapewtiku għal persuni bid-dimensja, iddisinjat apposta bi spazji u oġġetti li jgħinuhom jiftakru aħjar u jkollhom esperjenzi sensorjali li jtejbulhom il-kwalità tal-ħajja. Dal-ġnien se jkollu mkejjen iddedikati għal sessjonijiet ta’ qari li jixegħlu t-tifkiriet mill-imgħoddi, u huwa attrezzat bi tliet telephone boxes mibnija minn impjegati fl-SVP u mqiegħda f’postijiet prominenti. Dawn tniedu llum u mtlew b’kotba li r-residenti jistgħu jużaw u anki jaqsmu mal-ħaddiema u qrabathom. Iċ-ċerimonja saret fl-istess ġnien, u nfetħet mis Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, l-On. Dr Malcolm Paul Agius, li kkummenta dwar il-benefiċċju tal-qari għas-saħħa mentali. ll-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, indirizza lil dawk miġbura u tkellem dwar l-importanza li l-kotba jkunu aċċessibbli anki għal komunitajiet vulnerabbli. Il-Kap Eżekuttiv tal-SVP, Mr Jorgen Souness, kien preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja. Il-Faċilità qed testendi l-istedina tagħha lil awturi, pubblikaturi, u organizzazzjonijiet jew entitajiet oħra li jkunu jixtiequ jtellgħu sessjonijiet ta’ qari fi Ġnien ix-Xewqat Sbieħ, billi jibagħtu email lil customercare.svp@gov.mt jew iċemplu 22912372. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More