Home / News / Donazzjoni ta’ Kotba Għal-Libreriji ta’ Ġnien ix-Xewqat Sbieħ f’San Vinċenz De Paul Back to News Donazzjoni ta’ Kotba Għal-Libreriji ta’ Ġnien ix-Xewqat Sbieħ f’San Vinċenz De Paul Inizjattivi • Other 6th May, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum għamel donazzjoni kbira ta’ kotba lill-Faċilità ta’ Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul (SVP f’Ħal Luqa, li se jintużaw fil-libreriji mobbli ġodda li se jkunu fil-ġnien għal persuni bid-dimensja — Ġnien ix-Xewqat Sbieħ. Ingħataw aktar minn 200 ktieb li se jimlew tliet telephone boxes sabiex jippromwovu l-effett terapewtiku tal-qari fost min juża s-servizzi tagħhom. Dawn id-donazzjonijiet, minbarra li jgħinu sabiex il-KNK jippromwovi l-letteratura lokali, importanti għax jassiguraw li aktar setturi differenti mill-popolazzjoni jkollhom aċċess għall-kotba u l-qari. Għal din l-okkażjoni l-KNK ta kotba l-biċċa l-kbira minnhom bil-Malti — minn rumanzi sa poeżiji u kotba tal-istorja jew ta’ referenza — li se jgħinu lir-residenti biex il-memorja tagħhom tkun stimulata. Dal-kotba se jkunu qed jintużaw ukoll għal sessjonijiet terapewtiċi ta’ qari li fihom ir-residenti titqanqlilhom il-memorja. Ġnien ix-Xewqat Sbieħ ġie inawgurat f’Mejju tal-2023 bħala ġnien terapewtiku għal persuni bid-dimensja, iddisinjat apposta bi spazji u oġġetti li jgħinuhom jiftakru aħjar u jkollhom esperjenzi sensorjali li jtejbulhom il-kwalità tal-ħajja. Dal-ġnien se jkollu mkejjen iddedikati għal sessjonijiet ta’ qari li jixegħlu t-tifkiriet mill-imgħoddi, u huwa attrezzat bi tliet telephone boxes mibnija minn impjegati fl-SVP u mqiegħda f’postijiet prominenti. Dawn tniedu llum u mtlew b’kotba li r-residenti jistgħu jużaw u anki jaqsmu mal-ħaddiema u qrabathom. Iċ-ċerimonja saret fl-istess ġnien, u nfetħet mis Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, l-On. Dr Malcolm Paul Agius, li kkummenta dwar il-benefiċċju tal-qari għas-saħħa mentali. ll-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, indirizza lil dawk miġbura u tkellem dwar l-importanza li l-kotba jkunu aċċessibbli anki għal komunitajiet vulnerabbli. Il-Kap Eżekuttiv tal-SVP, Mr Jorgen Souness, kien preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja. Il-Faċilità qed testendi l-istedina tagħha lil awturi, pubblikaturi, u organizzazzjonijiet jew entitajiet oħra li jkunu jixtiequ jtellgħu sessjonijiet ta’ qari fi Ġnien ix-Xewqat Sbieħ, billi jibagħtu email lil customercare.svp@gov.mt jew iċemplu 22912372. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More