Home / News / L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Back to News L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Festivals • Other 4th October, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir il-lista rekord ta’ 49 esebitur li dis-sena se jipparteċipaw waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-biċċa l-kbira tagħhom se jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet relatati mal-kotba. Il-lista tal-esebituri fil-maġġorparti tagħha magħmula minn pubblikaturi lokali u bejjiegħa tal-kotba, iżda hemm għadd ġmielu ta’ esebituri oħra, ngħidu aħna organizzazzjonijiet studenteski, għaqdiet mhux governattivi (NGOs), u aġenziji pubbliċi b’rabtiet mal-industrija tal-kotba. Hemm żieda wkoll fl-għadd ta’ kittieba awtoppubblikati li se jkollhom stand kull wieħed għalihom, wara li s-sena l-oħra kienet l-ewwel darba li pparteċipaw. Il-programm jiżgħed b’attivitajiet differenti ppreparati għal udjenzi b’interessi u gosti differenti. Minbarra l-attivitajiet organizzati mill-KNK, l-esebituri se jorganizzaw għexieren ta’ attivitajiet għall-qarrejja ta’ kull età, mifruxin fuq ħamest ijiem. L-attivitajiet ivarjaw minn tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, konferenzi, gruppi ta’ ħidma, diskussjonijiet tematiċi, seminars, u attivitajiet ta’ gost għat-tfal u l-familji. Il-KNK ħadem ma’ wħud minn dawn l-esebituri, bil-għan li l-Festival iservi bħala pjattaforma b’saħħitha għall-professjonisti fil-qasam tal-pubblikazzjoni, kif ukoll sabiex jasal għand aktar nies. Ikkollaborajna mal-Kunsill Malti għall-Arti biex għall-ewwel darba jkollna esebizzjoni li se tilqa’ lin-nies huma u deħlin l-MFCC. L-esebizzjoni From Illustration to Book se jkun fiha x-xogħol ta’ illustraturi Maltin u barranin li ppubblikaw Malta, u se tkun b’xejn għal kulħadd. Il-Festival se jkun ukoll qed jospita spazju għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew oħrajn li jkollhom bżonn jirtiraw fi mkien li jikkalmahom emozzjonalment. Barra minn hekk, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkun qed ittella’ attivitajiet għat-tfal matul il-ġimgħa kollha, bejn esperimenti fl-użu effiċjenti tal-enerġija u sessjonijiet ta’ qari. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 (23-27 ta’ Novembru) se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għal aktar aġġornamenti żur dan is-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Hawn isfel issib il-lista sħiħa tal-esebituri: Esebituri // Exhibitors AgendaBookshop/MillerDistributorsLtd. AhmadiyyaMuslimJamaat AlfredSant(Quinque) ArtsCouncilMalta BDL Bookends(Miller) ReliġjonuĦajja(ĊAK) CarlThomasTonna DarCamilleri DEERPublications EdeBooks/Kixott EnergyandWaterAgency(EWA) FaraxaPublishing FabrizioEllul(FilflaStudio) FondazzjoniSagħtar FriendsoftheNationalArchivesofMalta German-MalteseCircle/UOM-DepartmentofGerman Għaqdatal-Malti-Università/Inizjamed HeritageMaltaPublishing Horizons InfomediaworksLimited InfinityBooksLtd. IstitutoItalianodiCulturaLaValletta JosephGrech JosephP.SmithPhotographer KiteGroup KiwiPublications KotbaCalleja LibrerijaPreca MaltaGuideDogsFoundation MaltaLibraries MaltaUniversityPress MeliBookshop MelliehaLocalCouncil MerlinLibrary MidseaBooks/KlabbKotbaMaltin NarcyandPeterCalamatta NationalLiteracyAgency NicolaKearns PandoraBooks PaulJonAquilina RachaelHollwey RickyCaruana RitaAntoinetteBorg(EnchantedGrovePublishing) SandraHiliVassallo SKSPublishers Wirtiż-Żejtun WikimediaCommunityMalta(WCM) WilliamMartin(FreckledColor) SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More