Home / News / Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka – applikazzjonijiet Back to News Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka – applikazzjonijiet Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 16th March, 2018 Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-Premju Terramaxka 2018. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati is-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqaw taħt waħda mill-kategoriji tal-Premju. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sat-13 ta’ April 2018, bl- applikazzjoni kompluta u erba’ kopji tal-ktieb jew kotba sottomessi. Huwa importanti li l-applikant jindika l-kategorija t-tajba għal kull sottomissjoni. Hemm b’kollox seba’ kategoriji: Rumanzi, Novelli, Poeżiji, Drama, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Bijografika u Storjografika. Kull kategorija jista’ jkollha aktar minn premju wieħed dment li l-kotba jaqbżu l-marka ta’ 90%. Dan jiżgura li xogħol ta’ kwalità baxxa ma jiġix ippremjat anke jekk jinzerta kemmxejn aħjar mill-bqija. Jista’ anke jagħti l-każ li l-ebda rebbieħ ma jintgħażel għal kategorija partikolari jekk il-livell meħtieġ ma ntlaħaqx minn l-ebda xogħol f’dik il-kategorija. Bord indipendenti, maħtur speċifikament u unikament għall-fini li jiddeċiedi l-Premju, jevalwa s-sottomissjonijiet skont sett ta’ kriterji. Kemm il-kriterji kif ukoll l-applikazzjonijiet u r-regolamenti jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq dan is-sit. Din is-sena l-awturi kollha li jingħataw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, inkluż il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti u l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba, se jirċievu premju monetarju ta’ € 2,000, li huwa d-doppju tal-ammont allokat qabel. Ir-rebbieħ fil-kategorija tar-rumanzi se jirċievi wkoll fondi mill-Malta Arts Council għat-traduzzjoni tax-xogħol tagħhom. Applikazzjonijiet, flimkien ma’ erba’ kopji tal-kotba sottomessi, għandhom jintbagħtu bil-posta jew jitwasslu bl-idejn lis-Sur Joseph Debattista fl-indirizz li ġej: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb c / o Librerija Pubblika Ċentrali Il-Professur Joseph J. Mangion Street Floriana FRN 1800 SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More