Home / News / Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka – applikazzjonijiet back to news Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka – applikazzjonijiet Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 16th March, 2018 Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-Premju Terramaxka 2018. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati is-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqaw taħt waħda mill-kategoriji tal-Premju. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sat-13 ta’ April 2018, bl- applikazzjoni kompluta u erba’ kopji tal-ktieb jew kotba sottomessi. Huwa importanti li l-applikant jindika l-kategorija t-tajba għal kull sottomissjoni. Hemm b’kollox seba’ kategoriji: Rumanzi, Novelli, Poeżiji, Drama, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Bijografika u Storjografika. Kull kategorija jista’ jkollha aktar minn premju wieħed dment li l-kotba jaqbżu l-marka ta’ 90%. Dan jiżgura li xogħol ta’ kwalità baxxa ma jiġix ippremjat anke jekk jinzerta kemmxejn aħjar mill-bqija. Jista’ anke jagħti l-każ li l-ebda rebbieħ ma jintgħażel għal kategorija partikolari jekk il-livell meħtieġ ma ntlaħaqx minn l-ebda xogħol f’dik il-kategorija. Bord indipendenti, maħtur speċifikament u unikament għall-fini li jiddeċiedi l-Premju, jevalwa s-sottomissjonijiet skont sett ta’ kriterji. Kemm il-kriterji kif ukoll l-applikazzjonijiet u r-regolamenti jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq dan is-sit. Din is-sena l-awturi kollha li jingħataw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, inkluż il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti u l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba, se jirċievu premju monetarju ta’ € 2,000, li huwa d-doppju tal-ammont allokat qabel. Ir-rebbieħ fil-kategorija tar-rumanzi se jirċievi wkoll fondi mill-Malta Arts Council għat-traduzzjoni tax-xogħol tagħhom. Applikazzjonijiet, flimkien ma’ erba’ kopji tal-kotba sottomessi, għandhom jintbagħtu bil-posta jew jitwasslu bl-idejn lis-Sur Joseph Debattista fl-indirizz li ġej: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb c / o Librerija Pubblika Ċentrali Il-Professur Joseph J. Mangion Street Floriana FRN 1800 SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More