Home / News / Rapport Annwali 2017 Back to News Rapport Annwali 2017 Other • Pubblikazzjonijiet 2nd March, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippublika r-Rapport Annwali tal-2017, sena importanti ħafna li fiha l-Kunsill kiseb l-istatus ta’ entità legali, ingħata post fil-Belt Valletta bħala s-sede ġdida tal-Kunsill u żied l-ħidma tiegħu fil-promozzjoni tal-letteratura lokali kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna. L-istrateġiji tal-Kunsill rigward din il-promozzjoni diġà taw riżultati konkreti f’għadd ta’ kuntatti u proġetti ġodda li tnedew fi-sena 2017. Għall-ewwel darba ir-rapport qed jinkludi ukoll il-lista tal-pagamenti tal-Jeddijiet Pubbliċi għas-sena 2017. Din għandha sservi ta’ indikazzjoni tajba tax-xogħol li qed isir min-naħa tal-Kunsill sabiex il-kittieba lokali u l-kontribut tagħhom jingħata rikonoxximent xieraq. Il-Kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur. B’rwol dejjem iktar attiv fl-industrija tal-kotba lokali kif ukoll b’parteċipazzjoni kontinwa f’fieri internazzjonali tal-ktieb kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja Għarbija, qed jintlaħaq l-għan li l-letteratura lokali ikollha udjenza ta’ qarrejja kif jixirqilha. Nistiednu membri tal-pubbliku jaqraw ir-rapport li jinstab f’forma diġitali f’dan is-sit. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni diġitali bil-Malti: Rapport Annwali 2017 u minn hawn tistgħu ssibu l-verżjoni diġitali bl-Ingliż: Annual Report 2017 Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ta sehem biex l-2017 issarraf f’suċċess. Komplu żuru l-website www.ktieb.org.mt għall-aġġornamenti dwar l-iskeda tal-KNK tul l-2017. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More