Home / News / Sejħa Miftuħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni “From Illustration to Book” fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Sejħa Miftuħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni “From Illustration to Book” fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Inizjattivi • Other 13th June, 2023 [vc_row][vc_column][vc_column_text css=”.vc_custom_1686647902847{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qed iniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, “From Illustration to Book”. Il-Festival u l-esebizzjoni se jittellgħu bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru 2023. Din se tkun it-tieni edizzjoni ta’ esebizzjoni dedikata għad-disinji u l-illustrazzjonijiet tal-kotba, u hija parti integrali mill-attivitajiet marbuta mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-objettiv tal-esebizzjoni huwa li li sservi bħala vetrina għax-xogħlijiet tal-illustraturi u d-disinjaturi ewlenin tal-kotba f’Malta; waqt li wkoll jitfakkru l-pijunieri f’dan il-qasam, u tesebixxi s-sottomissjonijiet rebbieħa tas-sezzjoni tal-pubblikazzjoni tal-Malta Community of Illustrators, ir-rivista Malta Illustration Annual. Din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-kollaborazzjoni strateġika bejn il-KNK u l-KMA li għandha l-għan li tippromwovi l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali biex tinkludi l-aspetti kollha tal-professjonijiet kreattivi.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text css=”.vc_custom_1686648347995{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”]X’Qegħdin Infittxu Qegħdin nistednuk biex tressaq illustrazzjonijiet u/jew disinji biex jiġu kkunsidrati għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 “From Illustration to Book”. Dawn li ġejjin kollha se jiġu aċċettati: – il-qoxra finali tal-ktieb b’tipografija u illustrazzjoni, jew l-illustrazzjoni li hija parti mill-qoxra tal-ktieb imma ppreżentata bħala illustrazzjoni indipendenti; – illustrazzjoni mill-paġni ta’ ġewwa tal-ktieb bħala parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb, jew l-illustrazzjoni nnifisha li hija parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb imma ppreżentata indipendentament; – disinn grafiku ta’ qoxra ta’ ktieb ippubblikat jew tal-paġni ta’ ġewwa. L-applikant jista’ jressaq dan it-tip ta’ xogħol li diġà ġie ppubblikat jew li se jiġi ppubblikat sal-ġurnata tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, it-18 ta’ Ottubru 2023: ‘ippubblikat’ jew ‘awtoppubblikat’; minn ktieb mitbugħ jew e-book; illustrazzjoni/disinn grafiku għal ktieb b’ISBN Malti minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza Maltija jew lil hinn; JEW illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur b’ċittadinanza Maltija għal ktieb b’ISBN mhux Malti. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text css=”.vc_custom_1686648031692{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”]Kif Tapplika – Jekk jogħġbok ressaq massimu ta’ tliet (3) xogħlijiet artistiċi f’formatt ta’ reżoluzzjoni għolja permezz ta’ fajl tat-tip pdf, jpg jew eps) b’dawn is-sottotitoli: ILLUSTRATUR ISEM TAX-XOGĦOL ARTISTIKU MEDIUM DETTALJI TA’ KUNTATT (Instagram jew tip ta’ midja soċjali oħra, sit) TITLU TAL-KTIEB – Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ din il-ħolqa, u fiha inkludi ħolqa tax-xogħol artistiku tiegħek permezz ta’ Wetransfer, Dropbox, Googledrive jew mezzi simili. Inkludi wkoll is-CV, bijonota ta’ bejn 20 u 30 kelma. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lil nikki.petroni.1@artscouncil.mt – Jekk possibbli, ibgħat skeċċ tax-xogħol artistiku tiegħek jew kampjun tax-xogħol artistiku tiegħek meta kien għadu mhux finalizzat jew fi stadu ta’ ppiċċjar, sabiex jidher f’sezzjoni speċjali fuq il-proċess ta’ ħsieb, pitching/kummissjonar u pubblikazzjoni. Se jintgħażlu massimu ta’ żewġ (2) illustrazzjonijiet u/jew disinji minn kull artist għall-esebizzjoni. L-illustrazzjonijiet magħżula se jkunu akkumpanjati mill-kopji tal-pubblikazzjoni korrispondenti.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_btn title=”AGĦFAS HAWN BIEX TISSOTTOMETTI L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK” color=”turquoise” size=”lg” align=”center” link=”url:https%3A%2F%2Fforms.gle%2FAgQST7vxVv5S86XN6″ css=”.vc_custom_1686647920242{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/2″][vc_column_text css=”.vc_custom_1686647932213{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”]Il-Proċess ta’ Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati minn kumitat immexxi mill-KNK u l-KMA skont it-tliet kriterji li ġejjin: L-idea u l-kuntest Is-sengħa u t-teknika Il-kreattività u l-innovazzjoni [/vc_column_text][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_column_text css=”.vc_custom_1686647945054{margin-top: 20px !important;margin-right: 20px !important;margin-bottom: 20px !important;margin-left: 20px !important;}”] Dati Importanti Tħabbir tas-Sejħa: L-Erbgħa, l-14 ta’ Ġunju 2023 Skadenza għas-sottomissjonijiet: It-Tnejn, is-17 ta’ Lulju 2023 f’nofsinhar Tħabbir tar-riżultati: Il-Ġimgħa, il-25 ta’ Awwissu 2023 Għal aktar informazzjoni ibgħat email lil nikki.petroni.1@artscouncil.mt[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More