Home / News / Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 1st September, 2017 Waħda mill-attivitajiet ewlenin fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017, A Riveting Workshop se joffri lill-ġurnalisti u lil dawk kollha interessati fl-arti tar-reċensjoni letterarja l-opportunità li jingħaqdu mal-ġurnalisti Ingliżi Rosie Goldsmith u Max Easterman għal workshop dwar ir-reċensjoni u l-promozzjoni tal-kotba. L-attività ser iseħħ fit-tieni jum tal-Festival, il-Ħamis 9 ta’ Novembru, u tibda fl-5:30 ta’ wara nofsinhar fis-sala Michel Angelo Grima ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Goldsmith u Easterman, it-tnejn kemm huma ġurnalisti ta’ esperjenza twila mal-BBC, huma magħrufa sew għall-workshops tagħhom, tipikament qosra u intensivi ħafna. L-għan huwa li jagħtu pariri, eżempji prattiċi, eżerċizzji qosra u taħdidiet motivazzjonali maħsuba biex jgħinu lill-ġurnalisti letterarji, edituri u pubblikaturi joħolqu reċensjonijiet ta’ kotba u materjal promozzjonali effettiv għall-midja kollha. L-attendenza għall-workshop hija bla ħlas iżda huwa neċessarju li dawk li jixtiequ jieħdu sehem jirreġistraw minn qabel (simona.cassano@gov.mt). Dan jista’ jsir direttament mis-sit tagħna. Il-postijiet huma limitati u l-parteċipazzjoni hija fuq bażi ta’ first come first served. Rosie Goldsmith u Max Easterman imexxu l- European Literature Network fir-Renju Unit. Apparti xogħol ta’ xandir, kitba u traduzzjoni, huma jtellgħu attivitajiet kulturali u jagħtu taħriġ fuq kitba u ġurnaliżmu madwar ir-Renju Unit u lil hinn. ROSIE GOLDSMITH Rosie Goldsmith hija ġurnalista multimedjali. Tispeċjalizza fl-arti u l-affarijiet internazzjonali. F’iktar minn 20 snin ta’ ħidma għall-BBC hija daret id-dinja u tkopriet avvenimenti bħall-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u r-rivoluzzjonijiet fl-Ewropa tal-Lvant kif wkoll ippreżentat programmi ewlenin ta’ BBC Radio bħal ‘Front Row’ u ‘Crossing Continents’. Illum il-ġurnata, apparti x-xogħol tagħha fix-xandir, Goldsmith taħdem ukoll bħala kuratur u tippresiedi attivitajiet dwar affarijiet barranin, letteratura u l-arti, kemm fil-Gran Brittanja kif ukoll barra. Hija wkoll kittieba, esperta ta’ taħriġ fil-midja u konsulent ta’ Relazzjonijiet Pubbliċi. Titkellem bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u xi ftit bit-Taljan. MAX EASTERMAN Max Easterman huwa ġurnalist u għalliem. Irċieva bosta premjijiet għal xogħolu u għandu esperjenza kbira fit-taħriġ fuq xogħol ta’ xandir, stampar u midja, kemm fil-Gran Brittanja kif ukoll madwar id-dinja. Ippreżenta u pproduċa xi wħud mill-programmi ewlenin tal-BBC (eż. ‘The World Tonight’ u ‘Newshour’). Huwa għalliem kwalifikat u lecturer universitarju. F’ diversi skejjel u kulleġġi ħoloq proġetti innovattivi ta’ radju, multi-media u ġurnaliżmu. Easterman ħadem flimkien ma’ wħud mill-ismijiet ewlenin fix-xandir. Jitkellem bosta lingwi u jikteb reċensjonijiet regolari ta’ mużika jazz. Rosie Goldsmith Max Easterman SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More