Home / News / Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018 Back to News Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018 Festivals • Other 6th November, 2018 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-ftuħ uffiċjali llum fis-6:30 ta’ filgħaxija biċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2018, immexxija minn Antonella Axisa. Iċ-ċerimonja saret fl-Activity Area ta’ Sala Sagra Infermerija, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u kienet ippreseduta mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Camilleri fetaħ is-serata b’diskors, billi tkellem dwar l-importanza li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jagħti lill-kultura tal-qari, u qal li għalhekk il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iżid fis-suċċess tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Semma fost l-oħrajn iż-żieda ta’ sala oħra għall-Festival, jiġifieri l-irduppjar tal-post allokat għall-Festival. L-avveniment segwa b’qari minn Il-Qtates ta’ max-Xatt, li s-sena li għaddiet rebaħ fil-kategorija ta’ kotba għat-tfal ta’ etajiet 0 -7 tal-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa kienu mbagħad imħabbra fl-ordni tal-kategoriji skont l-etajiet, li jibdew minn 0-7, u jibqgħu sejrin sa 13-16, kemm b’xogħlijiet oriġinali kif ukoll tradotti. Wara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima, indirizza lill-udjenza meta tkellem dwar l-importanza tal-qari fiż-żgħażagħ u t-tfal, u enfasizza t-tħabrik tal-Ministeru għall-Edukazzjoni f’das-settur. Ir-rebbieħa huma elenkati hawn taħt: Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) Clare Azzopardi, Jissokta l-każ tal-aħwa Saver u Ludmilla Demolizz (Merlin Publishers, illustratur Mark Scicluna) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16) Stephen Lughermo, Jarmuk (Horizons Communications Ltd.) Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7) Claudia Gauci, Magni Taż-żmien, traduzzjoni tal-ktieb Macquinas do Tempo ta’ Romont Willy (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12) Noel Tanti, Il-kulleġġ għall-prinċipijiet perfetti, tradott mill-ktieb A Escola dos principes, encantandos ta’ Eliandro Rocha (Merlin Publishers) Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers) [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”20085,20086,20090,20088″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text] [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More