Home / News / Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018 back to news Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018 Festivals • Other 6th November, 2018 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-ftuħ uffiċjali llum fis-6:30 ta’ filgħaxija biċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2018, immexxija minn Antonella Axisa. Iċ-ċerimonja saret fl-Activity Area ta’ Sala Sagra Infermerija, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u kienet ippreseduta mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Camilleri fetaħ is-serata b’diskors, billi tkellem dwar l-importanza li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jagħti lill-kultura tal-qari, u qal li għalhekk il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iżid fis-suċċess tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Semma fost l-oħrajn iż-żieda ta’ sala oħra għall-Festival, jiġifieri l-irduppjar tal-post allokat għall-Festival. L-avveniment segwa b’qari minn Il-Qtates ta’ max-Xatt, li s-sena li għaddiet rebaħ fil-kategorija ta’ kotba għat-tfal ta’ etajiet 0 -7 tal-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa kienu mbagħad imħabbra fl-ordni tal-kategoriji skont l-etajiet, li jibdew minn 0-7, u jibqgħu sejrin sa 13-16, kemm b’xogħlijiet oriġinali kif ukoll tradotti. Wara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima, indirizza lill-udjenza meta tkellem dwar l-importanza tal-qari fiż-żgħażagħ u t-tfal, u enfasizza t-tħabrik tal-Ministeru għall-Edukazzjoni f’das-settur. Ir-rebbieħa huma elenkati hawn taħt: Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) Clare Azzopardi, Jissokta l-każ tal-aħwa Saver u Ludmilla Demolizz (Merlin Publishers, illustratur Mark Scicluna) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16) Stephen Lughermo, Jarmuk (Horizons Communications Ltd.) Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7) Claudia Gauci, Magni Taż-żmien, traduzzjoni tal-ktieb Macquinas do Tempo ta’ Romont Willy (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12) Noel Tanti, Il-kulleġġ għall-prinċipijiet perfetti, tradott mill-ktieb A Escola dos principes, encantandos ta’ Eliandro Rocha (Merlin Publishers) Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna, Mamà, Allura Din imħabba? (Merlin Publishers) SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More