Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other • Pubblikazzjonijiet 28th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ pubblikazzjonijiet lokali lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dawn il-kotba se jimlew l-ixkafef tal-librerija l-ġdida taċ-Ċentru Leap fil-Belt Valletta. Din il-librerija se tkun qiegħda hemm għall-użu tan-nies fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana li jirrikorru għas-servizzi tal-FSWS f’dan iċ-ċentru. Fost l-oħrajn, ingħataw rumanzi, novelli, poeżiji, drammi, traduzzjonijiet, bijografiji, kotba ta’ riċerka, u kotba għal tfal ta’ kull età li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew xi konkors ieħor tal-KNK fil-passat, kif ukoll kotba varji oħra. Kampjun mid-donazzjoni ġie ppreżentat lil Mariella Ikechi, Ħaddiema tal-Komunità, mingħand Matthew Borg, Maniġer Anzjan tal-KNK. Magħhom kien hemm Denise Farrugia, Maniġer, Maria Mercieca, Leader, u Russell John Debono, Konsulent Soċjali. Matul is-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jagħti bosta donazzjonijiet lil entitajiet differenti tal-Gvern, għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u gruppi oħra sabiex jagħmel mezz li kull settur tas-soċjetà jkollu aċċess aħjar għall-kotba u l-qari. Minbarra dawn id-donazzjonijiet waħdiet, il-KNK dejjem iżomm l-appuntament ma’ Malta Libraries aktar minn darba fis-sena, meta jippreżenta ammont sostanzjali ta’ titli ġodda biex il-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex ikunu jistgħu joffru l-aħjar u l-aktar letteratura u riċerka friska lill-poplu. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More