Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other • Pubblikazzjonijiet 28th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ pubblikazzjonijiet lokali lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dawn il-kotba se jimlew l-ixkafef tal-librerija l-ġdida taċ-Ċentru Leap fil-Belt Valletta. Din il-librerija se tkun qiegħda hemm għall-użu tan-nies fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana li jirrikorru għas-servizzi tal-FSWS f’dan iċ-ċentru. Fost l-oħrajn, ingħataw rumanzi, novelli, poeżiji, drammi, traduzzjonijiet, bijografiji, kotba ta’ riċerka, u kotba għal tfal ta’ kull età li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew xi konkors ieħor tal-KNK fil-passat, kif ukoll kotba varji oħra. Kampjun mid-donazzjoni ġie ppreżentat lil Mariella Ikechi, Ħaddiema tal-Komunità, mingħand Matthew Borg, Maniġer Anzjan tal-KNK. Magħhom kien hemm Denise Farrugia, Maniġer, Maria Mercieca, Leader, u Russell John Debono, Konsulent Soċjali. Matul is-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jagħti bosta donazzjonijiet lil entitajiet differenti tal-Gvern, għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u gruppi oħra sabiex jagħmel mezz li kull settur tas-soċjetà jkollu aċċess aħjar għall-kotba u l-qari. Minbarra dawn id-donazzjonijiet waħdiet, il-KNK dejjem iżomm l-appuntament ma’ Malta Libraries aktar minn darba fis-sena, meta jippreżenta ammont sostanzjali ta’ titli ġodda biex il-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex ikunu jistgħu joffru l-aħjar u l-aktar letteratura u riċerka friska lill-poplu. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More