Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2022 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2022 Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • London Book Fair • Other 18th March, 2022 Bi pjaċir inħabbru li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffinalizza l-preparamenti sabiex bejn it-Tlieta 5 u l-Ħamis 7 ta’ April ikun preżenti bi stand waqt il-London Book Fair 2022, wara nuqqas ta’ sentejn minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19. L-istand tal-KNK – 6A30 – se tkun tinkludi lill-imsieħeb fl-istampar lokali Gutenberg Press li ħdimna magħhom f’diversi edizzjonijiet tal-fiera. Il-parteċipazzjoni tal-KNK f’dil-fiera hija parti minn ħidma usa’ sabiex nippromwovu u ngħinu fil-pubblikazzjoni tal-letteratura Maltija barra minn pajjiżna. Dil-fiera internazzjonali ssir kull sena fl-Olympia, Kensington, u tlaqqa’ taħt saqaf wieħed uħud mill-akbar pubblikaturi, aġenti, professjonisti tal-industrija u negozjaturi tal-jeddijiet ta’ pubblikazzjoni, kif ukoll il-pubbliku ġenerali. L-impjegati tal-KNK għandhom skeda mimlija b’laqgħat ma’ dawn l-imsieħba internazzjonali sabiex jippromwovu l-letteratura lokali u jesebixxu numru ta’ kotba – fosthom rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – kemm fil-lingwa oriġinali imma aktar importanti dawk tradotti f’lingwa oħra. Il-Kunsill se jkun qed jorganizza wkoll erba’ attivitajiet fi bnadi differenti tal-fiera. Tlieta minnhom se jseħħu fir-Rokna tal-Poeti li jinkludu qari ta’ poeżija u proża Maltija tradotta għall-Ingliż. Imbagħad seminar fl-English PEN Literary Salon li se jiffoka fuq il-letteratura Maltija ppubblikata bl-Ingliż mill-mikropubblikatur Praspar Press u l-pubblikatur Peter Owen. Fost l-oħrajn is-seminar se jħares lejn l-isfidi tal-introduzzjoni tal-letteratura Maltija fis-suq Ingliż, u l-esperjenzi tal-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi f’dal-vjaġġ lil hinn minn Malta. Barra minn hekk fl-4 t’April Peter Owen Publishers se jniedi Exodus of the Storks, il-verżjoni Ingliża tant mistennija tar-rumanz ċelebri ta’ Walid Nabhan L-Eżodu taċ-Ċikonji. It-tnedija se ssir fil-Mosaic Rooms fi Triq Cromwell. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More