Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2022 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2022 Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • London Book Fair • Other 18th March, 2022 Bi pjaċir inħabbru li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffinalizza l-preparamenti sabiex bejn it-Tlieta 5 u l-Ħamis 7 ta’ April ikun preżenti bi stand waqt il-London Book Fair 2022, wara nuqqas ta’ sentejn minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19. L-istand tal-KNK – 6A30 – se tkun tinkludi lill-imsieħeb fl-istampar lokali Gutenberg Press li ħdimna magħhom f’diversi edizzjonijiet tal-fiera. Il-parteċipazzjoni tal-KNK f’dil-fiera hija parti minn ħidma usa’ sabiex nippromwovu u ngħinu fil-pubblikazzjoni tal-letteratura Maltija barra minn pajjiżna. Dil-fiera internazzjonali ssir kull sena fl-Olympia, Kensington, u tlaqqa’ taħt saqaf wieħed uħud mill-akbar pubblikaturi, aġenti, professjonisti tal-industrija u negozjaturi tal-jeddijiet ta’ pubblikazzjoni, kif ukoll il-pubbliku ġenerali. L-impjegati tal-KNK għandhom skeda mimlija b’laqgħat ma’ dawn l-imsieħba internazzjonali sabiex jippromwovu l-letteratura lokali u jesebixxu numru ta’ kotba – fosthom rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – kemm fil-lingwa oriġinali imma aktar importanti dawk tradotti f’lingwa oħra. Il-Kunsill se jkun qed jorganizza wkoll erba’ attivitajiet fi bnadi differenti tal-fiera. Tlieta minnhom se jseħħu fir-Rokna tal-Poeti li jinkludu qari ta’ poeżija u proża Maltija tradotta għall-Ingliż. Imbagħad seminar fl-English PEN Literary Salon li se jiffoka fuq il-letteratura Maltija ppubblikata bl-Ingliż mill-mikropubblikatur Praspar Press u l-pubblikatur Peter Owen. Fost l-oħrajn is-seminar se jħares lejn l-isfidi tal-introduzzjoni tal-letteratura Maltija fis-suq Ingliż, u l-esperjenzi tal-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi f’dal-vjaġġ lil hinn minn Malta. Barra minn hekk fl-4 t’April Peter Owen Publishers se jniedi Exodus of the Storks, il-verżjoni Ingliża tant mistennija tar-rumanz ċelebri ta’ Walid Nabhan L-Eżodu taċ-Ċikonji. It-tnedija se ssir fil-Mosaic Rooms fi Triq Cromwell. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More