Home / News / Taħt il-Qoxra: Joseph Paul Cassar Back to News Taħt il-Qoxra: Joseph Paul Cassar Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 28th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joseph Paul Cassar. Mal-mistieden tkellimna l-aktar dwar l-arti moderna f’Malta, f’relazzjoni maż-żewġ volumi ta’ kotba tiegħu Pioneers of Modern Art in Malta, li t-tieni volum tagħha huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar id-differenza bejn artisti Maltin li studjaw fl-akkademji Rumani u dawk li studjaw fir-Renju Unit, l-iżvilupp tal-arti moderna Maltija bis-saħħa tas-safar, kollaborazzjonijiet bejn artisti u kittieba moderni fis-Sittinijiet, l-arti moderna u r-realiżmu fi żmien ta’ taqlib politiku, u gruppi ta’ artisti Maltin fit-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin, fost affarijiet oħra. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Joseph Caul Cassar huwa Professur tal-Arti fid-Dipartiment tal-Arti Grafika u l-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Maryland. Studjuż li jispeċjalizza fl-istorja moderna Maltija fil-kamp tal-Arti Viżiva. Kien kritiku tal-arti ta’ Daily News u Times of Malta, u serva fil-Bord Eżekuttiv ta’ Spazju Kreattiv. Prof. Cassar huwa l-awtur ta’ diversi kotba dwar l-Istorja tal-Arti Moderna Maltija. Irċieva l-midalja tad-deheb għall-kontribut fil-qasam tal-arti Maltija mis-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. SHARE POST Related Articles Segwi l-Ħjiliet u Skopri l-Istorja: Joħorġu l-programm u l-filmat tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 29th September, 2026 Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jippremja lil 18-il ktieb rebbieħ waqt ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton News 25th September, 2026 Read More Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar News 22nd September, 2026 Read More L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More view all similar news
Segwi l-Ħjiliet u Skopri l-Istorja: Joħorġu l-programm u l-filmat tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 29th September, 2026 Read More
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jippremja lil 18-il ktieb rebbieħ waqt ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton News 25th September, 2026 Read More
Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar News 22nd September, 2026 Read More
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More