Home / News / Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016 Back to News Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 2nd June, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li r-rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS għall-2016 huwa Ryan Gatt bil-proposta għall-addattament tal-istorja qasira ‘Il-Kompliċi’ ta’ Walid Nabhan mill-kollezzjoni ta’ stejjer qosra ‘lura d-dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx’ (Klabb Kotba Maltin, 2009). Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15 u 20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju. Il-proposta magħżula tirċievi €7000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) kif ukoll għajnuna loġistika u teknika, fil-forma ta’ ħaddiema u apparat, mingħand il-Public Broadcasting Services għall-produzzjoni tal-film. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu. Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK. Il-ġurati għal din is-sena kienu Charles Calleja Storace, Andrei Vella Laurenti u Ruben Zammit (minn PBS). Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK u mal-PBS biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni. Il-film ‘Il-Kompliċi’ ser jintwera għall-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (9 – 13 ta’ Novembru, MCC Valletta). SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More