Home / News / Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 4th October, 2016 L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn ra b’għajnejh il-waqa’ tar-regime kommunista, li tah materjal indispensabbli għall-ewwel rumanz tiegħu, The Last Hundred Years. Dan il-ktieb ser jiġi ppreżentat mill-kittieb f’avveniment speċjali maħsub għalih fil-Festival. Il-kittieb ser jidher ukoll f avveniment ieħor – il-konferenza fuq Letteratura u Totalitarjaniżmu, flimkien ma’ tliet mistiedna oħra. Patrick McGuinness huwa magħruf ukoll bħala akkademiku fil-qasam tal-letteratura Franċiża, fejn jispeċjalizza fil-poeżija simbolista. Qaleb għall-Ingliż ix-xogħolijiet ta’ Mallarmé, biċċa xogħol ta’ siwi kbir fl-istudju Ingliż tal-poeżija simbolista peress li kien diffiċli ferm qabel li wieħed isib traduzzjonijiet kredibbli tal-poeżiji ta’ Mallarmé. Ippubblika ukoll għadd ta’ ġabriet ta’ poeżiji. L-ewwel ġabra, The Canals of Mars dehret fl-2004. It-tieni waħda, 19th Century Blues, rebħet il-premju The Poetry Business Book and Pamphlet Competition 2006. L-aħħar ġabra ta’ poeżiji hija Jilted City b’sekwenza msemmija Blue Guide li titratta vjaġġi bil-ferrovija li McGuinness għamel bħala żagħżugħ fuq il-linja storika, la ligne 162, bejn Brussell u Lussemburgu. Membri tal-pubbliku ser ikunu jistgħu jiltaqgħu ma’ Patrick kemm fil-konferenza fuq il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Novembru fis-19:00, jew l-għada l-Ħamis 10 ta’ Novembru fis-19:00 fl-avveniment li ser isir f’ġieh il-kittieb fejn ser jiddiskuti r-rumanz tiegħu ma’ Dr James Corby u jwieġeb għall-mistoqsijiet mill-udjenza. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More