Home / News / Alex Vella Gera u Loranne Vella f’Librebook-Bruxelles Back to News Alex Vella Gera u Loranne Vella f’Librebook-Bruxelles Inizjattivi • Other 14th February, 2017 Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser ikun ippublikat ġimgħa qabel l-attività, fl-10 ta’ Marzu. Loranne ser taqra ukoll siltiet minn traduzzjoni Ingliża ta’ wieħed mix-xogħolijiet tagħha, These Four Rooms of Mine. Fl-2016 Loranne rebħet il-Premju Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ ‘Violeta’ ta’ Abril Calero (Vjoletta, Merlin Publishers, 2015). Wara Loranne ser jidher Alex Vella Gera li ser jaqra siltiet minn Trojan (Klabb Kotba Maltin, 2015), ir-rumanz li rebbaħlu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016. Trojan għandu fil-qofol tiegħu il-viżjoni partikolari tal-protagonist, Ġanni Muscat, viżjoni li tara s-soċjetà moderna bħala soċjetà materjalista u profondament żbaljata. Frażi waħda tiġbor ir-realtà u l-kundizzjoni tad-dinja għal Ġanni – ‘id-dinja spiċċat.’ Alex ser ikun qed jaqra ukoll siltiet b’Ingliż mir-rumanz tiegħu Antipodi. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More