Home / News / Alex Vella Gera u Loranne Vella f’Librebook-Bruxelles Back to News Alex Vella Gera u Loranne Vella f’Librebook-Bruxelles Inizjattivi • Other 14th February, 2017 Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser ikun ippublikat ġimgħa qabel l-attività, fl-10 ta’ Marzu. Loranne ser taqra ukoll siltiet minn traduzzjoni Ingliża ta’ wieħed mix-xogħolijiet tagħha, These Four Rooms of Mine. Fl-2016 Loranne rebħet il-Premju Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ ‘Violeta’ ta’ Abril Calero (Vjoletta, Merlin Publishers, 2015). Wara Loranne ser jidher Alex Vella Gera li ser jaqra siltiet minn Trojan (Klabb Kotba Maltin, 2015), ir-rumanz li rebbaħlu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016. Trojan għandu fil-qofol tiegħu il-viżjoni partikolari tal-protagonist, Ġanni Muscat, viżjoni li tara s-soċjetà moderna bħala soċjetà materjalista u profondament żbaljata. Frażi waħda tiġbor ir-realtà u l-kundizzjoni tad-dinja għal Ġanni – ‘id-dinja spiċċat.’ Alex ser ikun qed jaqra ukoll siltiet b’Ingliż mir-rumanz tiegħu Antipodi. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More