Home / News / Il-Qofol tal-London Book Fair 2017 għal Malta Back to News Il-Qofol tal-London Book Fair 2017 għal Malta Esportazzjoni letterarja • Festivals • Inizjattivi • London Book Fair • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 22nd March, 2017 [vc_row][vc_column][vc_column_text]Il-qofol tal-London Book Fair ta’ din is-sena għal Malta kien Walid Nabhan bir-rumanz tiegħu “L-Eżodu taċ-Ċikonji”, ippubblikat oriġinarjament bil-Malti minn Klabb Kotba Maltin. Ir-rakkont, li għalkemm skomdu għall-aħħar, xorta waħda jqanqal sentimenti qawwija, idur madwar Nabil, refuġjat Palestinjan li jsib ruħu maqbud fid-dilemma ta’ hawn-u-hemm, issa-u-imbagħad. Fl-2014 ir-rumanz rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa l-ewwel rumanz rebbieħ tal-premju li nkiteb minn persuna li ma jitkellimx il-Malti bħala l-ewwel ilsien tiegħu, ħaġa li fiha nnifisha għandha importanza kbira għall-istorja tal-letteratura moderna ta’ pajjiżna. Nabhan huwa leħen relattivament ġdid fix-xena letterarja Maltija. Twieled f’Amman, il-Ġordan fl-1966 ġo familja ta’ refuġjati Palestinjani li waslu l-Ġordan minn raħal żgħir fl-inħawi ta’ Hebron ġewwa l-Palestina. L-esperjenza ta’ tfulija fil-Ġordan bħala t-tifel ta’ refuġjati Palestinjani kienet qarsa ħafna – Nabhan tgħallem mit-tfulija jagħraf l-inġustizzja ta’ sistema li tqis familji bħal tiegħu ċittadini ta’ klassi baxxa. Wara li qatta’ xi żmien il-Jugoslavja bħala student tal-inġinerija, huwa spiċċa jservi fl-armata tal-Ġordan, fejn qatta’ ħafna mis-sentejn tas-servizz obbligatorju stazzjonat fid-deżert. Kien matul dan iż-żmien li għall-ewwel darba ħass it-tqanqil u l-ħsibijiet li kellhom jagħtu għamla kemm lill-proża kif ukoll lill-poeżiji tiegħu. Bl-għajnuna ta’ ħuh, li dak iż-żmien kien impjegat fl-Ambaxxata tal-Palestina bħala operatur tar-radju, Nabhan wasal Malta fl-1990, fejn beda l-istudji tiegħu fit-teknoloġija tal-laboratorji. Fl-1998 iggradwa fil-Biomediċina mill-Università ta’ Bristol fl-Ingilterra. Ftit snin wara, fl-2003, kiseb Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u l-Proċess tad-Demokrazija mill-Università ta’ Malta. Kien f’dak iż-żmien, ftit iktar minn għaxar snin wara li wasal Malta, li Nabhan beda jikteb bil-Malti. Fost ix-xogħol ippubblikat insibu żewġ ġabriet ta’ novelli bil-Malti, “Lura d-Dar u ġrajjet oħra li ma ġrawx” (2009) u “Leħen tal-Fuħħar” (2012), kif ukoll ġabra ta’ poeżiji “Fi Triqti Lejha” (2014). Poeżiji u artikli tiegħu dehru f’ħafna pubblikazzjonijiet u antoloġiji. Min-naħa l-oħra, “L-Eżodu taċ-Ċikonji” huwa l-iktar xogħol awtobijografiku tiegħu s’issa. Minn meta dan ir-rumanz rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2014, il-promozzjoni tiegħu fis-suq internazzjonali saret prijorità kbira għalina. Illum il-ġurnata nistgħu bi pjaċir kbir inħabbru li grazzi għall-istrateġija tagħna, kif ukoll għall-appoġġ kontinwu ta’ Klabb Kotba Maltin, “L-Eżodu taċ-Ċikonji” ser ikun ippubblikat fl-Ingilterra u l-Lebanon. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More