Home / News / Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Back to News Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Other 1st August, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Malti jistiednu poeti biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo, li jiftaħ illum u jagħlaq fl-4 ta’ Settembru 2017. Parteċipanti huma mitluba jissottomettu sa tliet poeżiji bil-Malti ta’ mhux iktar minn sitta u tletin vers. Il-poeżiji ma jistgħux ikunu dehru qabel f’forma stampata, f’antoloġiji jew f’ġurnali. Il-Konkors, li twaqqaf għall-ewwel darba s-sena l-oħra, joffri tliet premjijiet – l-ewwel, it-tieni u t-tielet premju. L-ewwel premju huwa ta’ 400 euro, segwit minn premju ta’ 200 euro għat-tieni post u 100 euro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet aġġudikaturi ser tevalwa l-poeżiji li għandhom jiddaħħlu taħt nom de plume sabiex jiġi aċċertat li l-aġġudikazzjoni tkun waħda ġusta. Għall-istess raġuni, membri tal-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin u membri tal-bord jew tal-amministrazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma jistgħux jieħdu sehem. Peress li kull poeta jista’ jissottometti sa tliet poeżiji, jista’ jiġri li poeta wieħed jirbaħ aktar minn premju wieħed. Huwa wkoll possibbli, għalkemm ftit improbabbli, li l-istess individwu jirbaħ it-tliet premjijiet kollha. Fl-ewwel edizzjoni tal-Konkors is-sena li għaddiet, Louis Briffa rebaħ l-ewwel premju b’Falco Peregrinus u t-tielet premju b’Storja Antika. Poeti li jissottomettu aktar minn poeżija waħda jistgħu jissottomettu l-poeżiji kollha taħt l-istess nom de plume, jew jekk jippreferu, jistgħu jużaw nom de plume differenti għal kull poeżija. Lista kompluta tar-regolamenti tista’ titniżżel minn din il-ħolqa. Fl-evalwazzjoni tas-sottomisjonijiet il-ġurija ser tapplika sett ta’ kriterji. B’mod ġenerali, il-ġurija hija mitluba tidentifika u tippremja awtentiċità, immaġinazzjoni u l-użu oriġinali ta’ ritmu u ta’ elementi tad-diskors. Madanakollu, hemm kwistjonijiet oħra, bħall-konsistenza ta’ reġistru, l-ortografija, l-grammatika, l-aspett viżiv, u ħafna aktar li jġorru piż konsiderevoli fl-evalwazzjoni. Il-parteċipanti kollha huma mħeġġa jniżżlu l-kriterji u jistudjawhom bir-reqqa. It-tħabbira tal-poeżiji rebbieħa se ssir waqt avveniment f’Sir Temi Zammit Hall fiċ-Ċentru tal-Mediterran għal Konferenzi nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru, bħala parti mill-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li nhar il-Ġimgħa se jkun iddedikat l-aktar għall-poeżija. Dokumenti: Kriterji Regolamenti u linji gwida Applikazzjoni SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More