Home / News / Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija back to news Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Other 1st August, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Malti jistiednu poeti biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo, li jiftaħ illum u jagħlaq fl-4 ta’ Settembru 2017. Parteċipanti huma mitluba jissottomettu sa tliet poeżiji bil-Malti ta’ mhux iktar minn sitta u tletin vers. Il-poeżiji ma jistgħux ikunu dehru qabel f’forma stampata, f’antoloġiji jew f’ġurnali. Il-Konkors, li twaqqaf għall-ewwel darba s-sena l-oħra, joffri tliet premjijiet – l-ewwel, it-tieni u t-tielet premju. L-ewwel premju huwa ta’ 400 euro, segwit minn premju ta’ 200 euro għat-tieni post u 100 euro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet aġġudikaturi ser tevalwa l-poeżiji li għandhom jiddaħħlu taħt nom de plume sabiex jiġi aċċertat li l-aġġudikazzjoni tkun waħda ġusta. Għall-istess raġuni, membri tal-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin u membri tal-bord jew tal-amministrazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma jistgħux jieħdu sehem. Peress li kull poeta jista’ jissottometti sa tliet poeżiji, jista’ jiġri li poeta wieħed jirbaħ aktar minn premju wieħed. Huwa wkoll possibbli, għalkemm ftit improbabbli, li l-istess individwu jirbaħ it-tliet premjijiet kollha. Fl-ewwel edizzjoni tal-Konkors is-sena li għaddiet, Louis Briffa rebaħ l-ewwel premju b’Falco Peregrinus u t-tielet premju b’Storja Antika. Poeti li jissottomettu aktar minn poeżija waħda jistgħu jissottomettu l-poeżiji kollha taħt l-istess nom de plume, jew jekk jippreferu, jistgħu jużaw nom de plume differenti għal kull poeżija. Lista kompluta tar-regolamenti tista’ titniżżel minn din il-ħolqa. Fl-evalwazzjoni tas-sottomisjonijiet il-ġurija ser tapplika sett ta’ kriterji. B’mod ġenerali, il-ġurija hija mitluba tidentifika u tippremja awtentiċità, immaġinazzjoni u l-użu oriġinali ta’ ritmu u ta’ elementi tad-diskors. Madanakollu, hemm kwistjonijiet oħra, bħall-konsistenza ta’ reġistru, l-ortografija, l-grammatika, l-aspett viżiv, u ħafna aktar li jġorru piż konsiderevoli fl-evalwazzjoni. Il-parteċipanti kollha huma mħeġġa jniżżlu l-kriterji u jistudjawhom bir-reqqa. It-tħabbira tal-poeżiji rebbieħa se ssir waqt avveniment f’Sir Temi Zammit Hall fiċ-Ċentru tal-Mediterran għal Konferenzi nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru, bħala parti mill-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li nhar il-Ġimgħa se jkun iddedikat l-aktar għall-poeżija. Dokumenti: Kriterji Regolamenti u linji gwida Applikazzjoni SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More