Home / News / Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ Back to News Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Wiċċ imb Wiċċ 29th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi programm ġdid tat-TV f’kollaborazzjoni ma’ Antonella Axisa. Il-programm iġib l-isem ta’ “Wiċċ imb Wiċċ” u kull episodju huwa mfassal fuq il-qari ta’ silta minn xogħol letterarju Malti kontemporanju. Il-qari ser isir minn Antonella Axisa. Il-programm se jixxandar fuq it-TV Nazzjonali kull nhar ta’ Tlieta fis-7:30 ta’ filgħaxija qabel l-aħbarijiet tat-8. Verżjoni itwal tal-programm ser tidher fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube il-ġurnata ta’ wara fejn Antonella ser tkun qed titħaddet fil-fond mal-awtur dwar għadd ta’ mistoqsijiet u suġġetti relatati mal-ktieb – is-sors ta’ ispirazzjoni, il-kuntest soċjo-politiku tan-narrativa, il-viżjoni tal-kittieb, eċċ. Min jixtieq isegwi l-verżjoni sħiħa tal-programm, jista’ jagħmel dan direttament mill-paġna FB tal-Kunsill. L-ewwel episodju se jidher nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru, il-ġimgħa d-dieħla, u ser jittratta r-rumanz Fittixni ta’ Antoinette Borg. Fittixni ġie magħżul bħala finalist għall-Premju Terramaxka 2017 fil-kategorija ta’ xogħlijiet oriġinali għall-etajiet 13 – 16. Il-kittieba, Antoinette Borg, rebħet il-Konkors Letterarju ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2017. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lil Antonella Axisa, il-ħaddiema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg li ħadu ħsieb id-dettallji tekniċi, kif ukoll lill-Brikkuni tal-permess sabiex tintuża’ l-mużika tagħhom fil-programm. Fl-istess ħin jistieden lill-pubbliku jsegwi l-programm kemm fuq it-TV, kif ukoll fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More