Home / News / Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ back to news Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Wiċċ imb Wiċċ 29th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi programm ġdid tat-TV f’kollaborazzjoni ma’ Antonella Axisa. Il-programm iġib l-isem ta’ “Wiċċ imb Wiċċ” u kull episodju huwa mfassal fuq il-qari ta’ silta minn xogħol letterarju Malti kontemporanju. Il-qari ser isir minn Antonella Axisa. Il-programm se jixxandar fuq it-TV Nazzjonali kull nhar ta’ Tlieta fis-7:30 ta’ filgħaxija qabel l-aħbarijiet tat-8. Verżjoni itwal tal-programm ser tidher fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube il-ġurnata ta’ wara fejn Antonella ser tkun qed titħaddet fil-fond mal-awtur dwar għadd ta’ mistoqsijiet u suġġetti relatati mal-ktieb – is-sors ta’ ispirazzjoni, il-kuntest soċjo-politiku tan-narrativa, il-viżjoni tal-kittieb, eċċ. Min jixtieq isegwi l-verżjoni sħiħa tal-programm, jista’ jagħmel dan direttament mill-paġna FB tal-Kunsill. L-ewwel episodju se jidher nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru, il-ġimgħa d-dieħla, u ser jittratta r-rumanz Fittixni ta’ Antoinette Borg. Fittixni ġie magħżul bħala finalist għall-Premju Terramaxka 2017 fil-kategorija ta’ xogħlijiet oriġinali għall-etajiet 13 – 16. Il-kittieba, Antoinette Borg, rebħet il-Konkors Letterarju ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2017. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lil Antonella Axisa, il-ħaddiema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg li ħadu ħsieb id-dettallji tekniċi, kif ukoll lill-Brikkuni tal-permess sabiex tintuża’ l-mużika tagħhom fil-programm. Fl-istess ħin jistieden lill-pubbliku jsegwi l-programm kemm fuq it-TV, kif ukoll fuq il-kanal tal-Kunsill fuq Youtube. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More