Home / News / Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb Back to News Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb Fondi • Other 6th December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2017 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2017 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skond sett ta’ kriterji determinati minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa ta’ finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, il-Fond għandu l-għan li jappoġġja proġetti kulturalment importanti li jeħtieġu finanzjament sabiex jiġu realizzati. Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet ġurati – Dr Norbert Bugeja, Aleks Farrugia u Prof Clare Vassallo. Ir-rapport tal-ġurati b’rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxielhom jiksbu l-fondi se jintbagħtu lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Li wieħed ma jirnexxilux jikkwalifika ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Wara l-proċess ta’ għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-NBC se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa għall-iffirmar ta’ kuntratti, l-għoti tal-fondi u ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett. Dawn huma l-proġetti rebbieħa, li din id-darba huma kollha proġetti ta’ pubblikazzjoni. Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Framed. A collection of poetry by Maria Grech Ganado Applikant: Maria Grech Ganado Għotja: € 3645.36 Tip ta’ Għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Translation from Russian into English of the book A short topographical, historical, and political descritption of the island of Malta and the Sovereign Order of St John of Jerusalem written by Gregory Krayevsky in two parts in St. Petersburgh, by the Imperial Academy of Sciences, in the year 1800 Applikant: Joseph Schirò Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Mibdul Applikant: Chris Gruppetta Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: The Maltese Cinderella and the women’s storytelling tradition Applikant: Veronica Veen Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Building the frontier. Architecture in Malta between the 16th and the 17th century. Applikant: Armando Antista Għotja: € 5,000 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: The Role and Symbolism of Flowers in Maltese Art Applikant: Joanne Micallef Għotja: € 4,000 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Siltiet mill-Metamorfosi – traduzzjoni ta’ siltiet minn Ovid. Applikant: Michael Zammit Għotja: € 4000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: L-Analetti ta’ Konfuċju – tradott miċ-Ċiniż għall-Malti minn Mark L Farrugia. Applikant: Joseph Borg Għotja: € 4000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Giuseppe Brincat: A Gozitan Wine Merchant Applikant: Michael Refalo Għotja: € 4000.00 Il-Kunsill jirringrazzja lill-ġurati msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-kittieba, pubblikaturi u edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-Fond. SHARE POST Related Articles Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More