Home / News / Premju għall-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Back to News Premju għall-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Other 19th February, 2018 Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, se ssir fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana, nhar is-Sibt 24 ta’ Frar fl-10:30 ta’ filgħodu. Preżenti ser ikun hemm Miriam Teuma, is-CEO tal-Aġenzija Żgħażagħ, flimkien mal-kap eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Matul iċ-ċerimonja se jitħabbru l-ismijiet tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni. Wieħed minn total ta’ 3 manuskritti sottomessi ġie magħżul bħala r-rebbieħ minn bord indipendenti ta’ aġġudikazzjoni. Ir-rebbieħ se jirċievi trofew u ċertifikat biex jikkommemora l-avveniment flimkien ma’ premju finanzjarju ta’ 1000 euro. Sussegwentement, ir-rebbieħ se jiġi mitlub jiffirma kuntratt sabiex jingħata fondi għall-pubblikazzjoni tal-maunskritt ma’ pubblikatur lokali. Minbarra li jitħabbar ir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-2017, l-avveniment se jinkludi wkoll konferenza stampa li fiha se tiġi mħabbra s-sejħa għall-edizzjoni l-ġdida tal-Konkors. Matul iċ-ċerimonja se jinqraw siltiet mil-manuskritt rebbieħ. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More