Home / News / Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Back to News Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 20th March, 2018 Il-Ktieb Festival fuq il-Kampus jibda nhar l-Erbgħa li ġej fid-9:00 am fil-quadrangle tal-Università. Ser ikun għaddej għal tlett ijiem b’attività wara l-oħra mid-9 am sa l-4 pm l-Erbgħa u l-Ħamis. Nhar il-Ġimgħa, l-aħħar ġurnata tal-Festival, l-attivitajiet se jkomplu sa tard, u jispiċċaw b’kunċert ma’ garage bands lokali – Cryptic Street u Fuzzhoneys. Il-programm, li jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa, jinkludi attivitajiet bħal qari, tnidijiet ta’ kotba, taħdidiet ma’ esperti dwar varjetà ta’ temi akkademiċi, preżentazzjonijiet u intervisti ma’ awturi u artisti lokali. Jasmin B. Frelih, awtur Sloven u rebbieħ tal-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropeja, huwa l-mistieden speċjali ta’ din l-edizzjoni tal-Festival. Frelih ser imexxi workshop dwar kitba kreattiva nhar l-Erbgħa u se jieħu sehem f’attivitajiet differenti matul it-tlett ijiem tal-Festival. Il-Festival huwa mtella’ mill-Għaqda tal-Malti-Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bl-intenzjoni li jipprovdi pjattaforma għal pubblikaturi u organizzazzjonijiet tal-istudenti biex jippromwovu l-prodotti tagħhom, kif ukoll biex jikkontribwixxu għall-programm b’attivitajiet kulturali. Il-pubblikaturi li qed jipparteċipaw fil-Festival din is-sena huma: Faraxa, Horizons, Midsea Books, EDE Books, Pjattaforma, SKS u BDL. Fost l-organizzazzjonijiet tal-istudenti li taw il-kontribut tagħhom din is-sena hemm HoASA (The History of Art and Fine Arts Students’ Association) u DESA, (The Department of English Students’ Association). Parteċipanti oħrajn jinkludu l-Librerija tal-Università, id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan G.F. Abela Junior College, Inizjamed u d-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Għalkemm il-Festival huwa mtella’ bil-għan li jilħaq udjenza matura bħal studenti universitarji, il-membri kollha tal-pubbliku huma mistiedna jattendu u jieħdu sehem fl-attivitajiet. SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More