Home / News / Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Back to News Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Other 24th April, 2017 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Drittijiet tal-Awtur, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba rebbieħa lil Malta Libraries. Il-kotba kollha kienu rebbieħa f’kategoriji differenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017, fosthom rumanzi, kotba tal-poeżija, kollezzjonijiet ta’ novelli, xogħlijiet tradotti u letteratura ta’ riċerka. Fid-29 ta’ April, il-KNK, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Cospicua, se jtella’ l-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, inizjattiva li hija maħsuba biex tiċċelebra t-tfal u l-letteratura. Ġie mħejji programm ta’ avvenimenti kulturali b’ħafna attivitajiet divertenti għat-tfal u l-familji tagħhom. Fost l-awturi li se jkunu qed jaqraw lit-tfal u jinvolvuhom f’attivitajiet edukattivi ser ikun hemm Clare Azzopardi u John A. Bonello. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jittama li dawn l-attivitajiet u donazzjonijiet se jkollhom l-effett mixtieq li jqanqlu l-interess għall-kotba u letteratura fil-qarrejja żgħar. Il-Jum Dinji tal-Ktieb ifakkarna fir-rwol tal-kotba u l-litteriżmu fl-iżvilupp intellettwali ta’ soċjetajiet madwar id-dinja. Huwa wkoll tifkira tal-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi. Il-KNK jaħdem ħafna biex idaħħal dan is-sens ta’ rispett fil-komunità lokali. Nixtiqulkom Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Dritt tal-Awtur mill-isbaħ! SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More