Home / News / Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Back to News Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Other 24th April, 2017 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Drittijiet tal-Awtur, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba rebbieħa lil Malta Libraries. Il-kotba kollha kienu rebbieħa f’kategoriji differenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017, fosthom rumanzi, kotba tal-poeżija, kollezzjonijiet ta’ novelli, xogħlijiet tradotti u letteratura ta’ riċerka. Fid-29 ta’ April, il-KNK, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Cospicua, se jtella’ l-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, inizjattiva li hija maħsuba biex tiċċelebra t-tfal u l-letteratura. Ġie mħejji programm ta’ avvenimenti kulturali b’ħafna attivitajiet divertenti għat-tfal u l-familji tagħhom. Fost l-awturi li se jkunu qed jaqraw lit-tfal u jinvolvuhom f’attivitajiet edukattivi ser ikun hemm Clare Azzopardi u John A. Bonello. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jittama li dawn l-attivitajiet u donazzjonijiet se jkollhom l-effett mixtieq li jqanqlu l-interess għall-kotba u letteratura fil-qarrejja żgħar. Il-Jum Dinji tal-Ktieb ifakkarna fir-rwol tal-kotba u l-litteriżmu fl-iżvilupp intellettwali ta’ soċjetajiet madwar id-dinja. Huwa wkoll tifkira tal-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi. Il-KNK jaħdem ħafna biex idaħħal dan is-sens ta’ rispett fil-komunità lokali. Nixtiqulkom Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Dritt tal-Awtur mill-isbaħ! SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More