Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Other 2nd July, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin qed jistiednu poeti sabiex jipparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo 2018. Dis-sena, tlett premijiet li jikkonsistu minn rigal ta’ flus se jiġu mgħotija lil tliet poeżiji f’kull waħda miż-żewġ kategoriji, poeżiji bil-Malti u poeżiji bl-Ingliż. Għal kull waħda minn dal-kategoriji, l-parteċipanti qed jitħallew jissottomettu poeżija waħda mhux itwal minn 36 vers li għadha qatt ma ġiet ippublikata. Għandhom jintbagħtu tliet kopji fuq karta A4 ta’ kull poeżija sottomessa ffirmata biss b’nom de plume, waqt li f’invilopp separat issiġillat għandha tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mal-isem tal-poeżija, n-nom de plume użat, indirizz postali, numru tat-telefon fiss u numru tat-telefon ċellulari u indirizz elettroniku. L-applikanti huma mitluba jibagħtu d-dokumenti kollha lil Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 sa mhux iktar tard minn nofsinhar l-24 t’Awwissu 2018. Il-konkors ta’ dis-sena, li huwa t-tielet ta’ din is-serje, qed joffri tliet premji għal kull kategorija – 400 ewro għall-ewwel post, 200 ewro għat-tieni u 100 ewro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet ġudikanti se tevalwa l-poeżiji. Għal skopijiet ta’ ġustizzja u trasparenza, l-użu tan-nom de plumes kif indikat hawn fuq se jkun enfurzat filwaqt li membri tal-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma skwalifikati milli jipparteċipaw. Lista sħiħa tar-regolamenti tista’ tinstab hawn. Membri tal-pubbliku interessati jipparteċipaw huma mħeġġa jaqraw ukoll il-kriterji li se jiġu applikati f’dal-konkors. Dokumenti: Regolamenti Kriterji Applikazzjoni SHARE POST Related Articles Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More view all similar news
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More