Home / News / Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2018 Back to News Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2018 Other 27th July, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ifakkar lill-pubbliku li d-data ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ hija s-7 ta’ Settembru 2018. Il-konkors, imtella’ kull sena mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-KNK, huwa miftuħ għal kittieba ta’ kull età. Ix-xogħlijiet ippreżentati għandhom ikunu oriġinali, miktuba bil-Malti u bejn 20,000 u 25,000 kelma. Manuskritti li ġew ippubblikati qabel mhumiex eliġibbli. Ir-rebbieħa jiġu ppremjati bi trofew, ċertifikat u somma ta’ elf euro. Għotja ta’ pubblikazzjoni tingħata lir-rebbieħa bil-għan li dawn ifittxu u jilħqu ftehim ta’ pubblikazzjoni għall-manuskritt tagħhom ma’ pubblikatur lokali. Il-konkors jintrebaħ minn manuskritti li, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni didattika, jolqtu temi li huma rilevanti ħafna għar-realtajiet soċjali u psikoloġiċi li ż-żgħażagħ iridu jiffaċċjaw f’dan l-istadju ta’ ħajjithom. l-iżvillup tal-istruttura narrattiva u l-lingwaġġ jiġu evalwati skont kriterji ta’ oriġinalità, kreattività u attenzjoni għall-kuntest. . L-għan ewlieni tal-konkors huwa li jżid il-presenza ta’ letteratura ta’ kwalità għall-adulti żgħażagħ fis-suq lokali. Il-kompetizzjoni tista’ sservi ukoll biex tgħolli l-profil ta’ awturi fix-xena letterarja lokali. Fost ir-rebbieħa preċedenti tal-konkors nsibu awturi lokali magħrufa bħal Leanne Ellul, Rita Saliba, Roberta Bajada, Stephen Lughermo, Simon Bartolo u Antoinette Borg. Għal aktar informazzjoni dwar il-konkors u l-proċess ta’ applikazzjoni, segwi din il-ħolqa. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More