Home / News / Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 30th September, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’ nies jinsab protett f’torri li kien mibni apposta biex jilqa’ għal xi diżastru naturali. Bonello jgħid li r-rakkont mimli kuntrasti, ngħidu aħna bejn it-tifkiriet ta’ min jgħix barra t-torri u dawk li jgħixu fih. L-awtur jirrimarka li d-dettall tal-arkitettura li tfassal l-ispazji fir-rumanz għenu biex jaċċentwa l-kunflitt kbir bejn il-karattri u l-post li jgħixu fih. Għalhekk ir-rumanz jirrappreżenta utopja (it-torri) ġewwa distopja (barra t-torri) fi żmien ta’ kriżi dinjija. Skont Bonello l-kriżi, li hi riżultat tal-kilba tal-bniedem, twassal biex toħroġ minnu mhux l-agħar tiegħu, imma l-aħjar. Fit-tieni parti l-awtur jikkummenta dwar x’tinvolvi pubblikazzjoni li ma ssirx għand pubblikatur (self-publishing). Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More