Home / News / Taħt il-Qoxra: Matthew Schembri Back to News Taħt il-Qoxra: Matthew Schembri Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 21st October, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Matthew Schembri dwar ir-rumanz tiegħu ‘Stessi’, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2016, fost suġġetti oħra. Schembri jgħid li l-ktieb huwa ‘festa sħiħa ta’ influwenzi’ minn kotba ta’ awturi li qara meta kien iżgħar. Isemmi lil Trevor Zahra, Clare Azzopardi, Loranne Vella u Simon Bartolo mil-letteratura Maltija, JK Rowling u JRR Tolkien minn dik internazzjonali. ‘Stessi’ jibda b’kompetizzjoni tal-arti fi skola għal stessu. Student jidħol għal dil-kompetizzjoni meta jsib il-kamera ta’ zijuh. Imur tajjeb ħafna fil-kompetizzjoni, iżda l-konsegwenzi jridu jinġarru…Il-kamera tieħu rwol ta’ oġġett animat u maġiku. Schembri rebaħ ukoll il-Premju tal-Artist Żagħżugħ tas-Sena mill-Kunsill Malti għall-Arti. Rachelle tkellmet miegħu dwar l-arti viżiva tiegħu. Jgħid li jixtieq jipprova jagħmel arti li mhix meqjusa bħala arti. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More