Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech) Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech) Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 4th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg u Elton Grech dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li jibda din il-ġimgħa. Matthew tkellem dwar l-avvenimenti ewlenin waqt il-Festival, fosthom il-konferenza li se tiftaħ il-Festival dwar il-letteratura tad-dijaspora, il-mistiedna ta’ fama internazzjonali, ix-xow tad-DANUSAN, u l-avvenimenti għat-tfal tal-iskola fost il-ġimgħa u fi tmiemha. Elton iddeskriva avveniment partikulari u ta’ interest waqt il-Festival, speċjalment għal dawk li jħobbu l-filosofija. L-avveniment Filosofija bil-Malti se jittella’ mill-Għaqda tal-Malti – Università, u se jittratta t-tema eżistenzjali tal-mortalità. Matthew Borg jaħdem mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, filwaqt li Elton Grech huwa għalliem tal-Etika u se jkun qed imexxi l-avveniment tal-filosofija bil-Malti. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-akbar u l-aktar ċelebrazzjoni prestiġjuża tal-kultura tal-ktieb f’Malta, se jsir bejn l-Erbgħa 7 u l-Ħadd 11 ta’ Novembru Dar il-Mediterran. Ara l-programm sħiħ tal-avvenimenti, li dis-sena jilħqu d-90 waħda, minn hawnhekk. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More