Home / News / Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja Back to News Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 25th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Miriam Calleja dwar kif hi bħala persuna u poeta hi riflessa fil-poeżija tagħha, l-aktar dawk fil-ġabra ‘Pomegranate Heart’. Il-mistiedna rrimarkat li l-poeżiji tagħha f’dal-ktieb huma bħat-traċċi li kull persuna ħalliet fil-ħajja tal-poeta, hekk bħal meta tofsoq rummiena u jaqgħu s-snien ta’ ġo fiha, waħda waħda. Hu għalhekk it-titlu tal-ġabra. Fil-poeżiji tagħha Miriam tgħid li titnebbaħ mill-imħabba, l-ikel u n-natura, elementi li ssostni li bilfors il-bniedem irid jiltaqa’ magħhom jew jaffaċċjahom. Tagħti wkoll ir-raġunijiet tagħha għala tikteb l-aktar bl-Ingliż milli bil-Malti. Miriam Calleja hija poeta u awtriċi li tikteb bil-Malti u l-Ingliż. Kitbet żewġ kotba ta’ poeżiji, u kitbiet tagħha dehru f’diversi antoloġiji lokali u internazzjonali. Xi xogħol tagħha ġie tradott għas-Sloven, u ħadmet fit-teatru, il-mużika u ż-żfin. Miriam hija spiżjara. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More