Home / News / Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja Back to News Taħt il-Qoxra: Miriam Calleja Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 25th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Miriam Calleja dwar kif hi bħala persuna u poeta hi riflessa fil-poeżija tagħha, l-aktar dawk fil-ġabra ‘Pomegranate Heart’. Il-mistiedna rrimarkat li l-poeżiji tagħha f’dal-ktieb huma bħat-traċċi li kull persuna ħalliet fil-ħajja tal-poeta, hekk bħal meta tofsoq rummiena u jaqgħu s-snien ta’ ġo fiha, waħda waħda. Hu għalhekk it-titlu tal-ġabra. Fil-poeżiji tagħha Miriam tgħid li titnebbaħ mill-imħabba, l-ikel u n-natura, elementi li ssostni li bilfors il-bniedem irid jiltaqa’ magħhom jew jaffaċċjahom. Tagħti wkoll ir-raġunijiet tagħha għala tikteb l-aktar bl-Ingliż milli bil-Malti. Miriam Calleja hija poeta u awtriċi li tikteb bil-Malti u l-Ingliż. Kitbet żewġ kotba ta’ poeżiji, u kitbiet tagħha dehru f’diversi antoloġiji lokali u internazzjonali. Xi xogħol tagħha ġie tradott għas-Sloven, u ħadmet fit-teatru, il-mużika u ż-żfin. Miriam hija spiżjara. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More