Home / News / Taħt il-Qoxra: Frans A. Attard Back to News Taħt il-Qoxra: Frans A. Attard Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 3rd June, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Frans A. Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar ix-xogħlijiet varji tiegħu, fosthom id-direttorju metikoluż tat-toroq li fid-disgħinijiet kien indispensabbli għal kull min kellu karozza, il-ħila tal-ġbir tal-informazzjoni, it-trawwim tal-kapaċità li tagħżel u tifred bejn informazzjoni utli u oħra li mhix, u dwar kotba oħra tat-tfal li ttraduċa, fost l-oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Frans A. Attard ilu interessat fil-letteratura u l-lingwa Maltija minn dejjem. Huwa kiteb diversi esejs u novelli bil-Malti ppubblikati f’ġurnali u perjodiċi. Kien jieħu sehem waqt il-programm Ġabra Letterarja tal-Professur Ġużè Aquilina fuq ir-rediffusion. Il-ħila tiegħu tidher f’kif jirriċerka u jiġbor l-informazzjoni, kif tidher fi wħud mill-kotba tiegħu. Qaleb għall-Malti għadd ta’ kotba mis-sensiela Milly Molly, li bihom rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa awtur u pubblikatur ta’ kotba oħra, u ġieli ppreżenta programmi dwar il-letteratura fuq it-televixin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More