Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati Festivals • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 8th November, 2019 Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2019 ittellgħet illum il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-ewwel edizzjoni tal-Konkors għall-poeżija bil-lingwa Maltija tnediet f’Ġunju. Il-Professur Charles Briffa, Dr. Claudine Borg u l-poeta Antoine Cassar iffurmaw parti mill-ġurija. Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri fakkar fl-importanza tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija fiċ-ċelebrazzjoni tal-wirt poetiku ta Doreen Micallef, u fl-istess ħin irrikonoxxa l-poeżija kontemporanja bil-Malti. Il-Konkors jipprovdi pjattaforma li tkompli televa l-profil tal-poeżija Maltija u huwa opportunità biex il-poeżija tiskopri pijuniera tal-kitba feminista Maltija li naqset milli tirċievi l-apprezzament dovut f’ħajjitha. Fi tmiem id-diskors tiegħu Camilleri ħabbar u feraħ lill-awturi rebbieħa, qabel stieden lil Nadia Mifsud u lil Louis Briffa biex jaqraw il-poeżiji rebbieħa tagħhom. L-ewwel premju ngħata għall-poeżija Varjazzjonijiet tas-Skiet minn Nadia Mifsud. Louis Briffa rebaħ it-tieni premju bil-poeżija NES Qaqqari, u t-tielet premju mar għall-poeżija Preludju mħarbat minn Ritianne Frendo. L-ewwel premju kien għotja ta’ € 1,000; iż-żewġ poeżiji l-oħra ngħataw vawċer tal-kotba. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li attendew l-avveniment u lill-bosta poeti li ppreżentaw poeżiji għall-Konkors u lill-membri tal-ġurija. Ir-riżultati jistgħu jiġu aċċessati minn hawn. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More