Home / News / Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: Marie Briguglio u Steve Bonello Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 1st March, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marie Briguglio u Steve Bonello. Mal-mistednin tkellimna primarjament dwar il-ktieb No Man’s Land: People, Place and Pollution (Kite Group, 2018) li huwa l-ewwel rebbieħ tal-kategorija l-ġdida tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Letteratura mhux Fittizja. Ħarisna lejn il-ġeneru msemmi, it-‘traġedja’ tar-riżorsi komuni tal-pajjiż u t-tema ambjentali, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Dr. Marie Briguglio hija akkademika fl-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Ekonomija, u tgħallem l-Environmental Economics, il-Behavioural Economics u s-Social Marketing. Għandha dottorat fl-Ekonomija (Stirling) u Maġisteru tax-Xjenza fl-Environmental and Resource Economics (Londra). Marie Briguglio rebħet ukoll premjijiet relatati mal-kitba u l-produzzjoni għal fuq l-iskrin, bi spettru estensiv ta’ xogħlijiet li jittrattaw temi soċjopolitiċi u ambjentali. Rebħet il-Premju tal-Organizzazzjoni għall-Proprjetà Intellettwali Dinjija fil-kreattività. Steve Bonello huwa kartunista veteran, artist u ambjentalist. Artist imħarreġ b’mod awtonomu, xogħlu jżewweġ l-umoriżmu ma’ temi kemmxejn skuri li jesploraw l-assurdità eżistenzjali tal-ħajja. Fl-1988 u l-1991 tella’ żewġ eżibizzjonijiet personali u reċentament ħa sehem fl-eżibizzjoni Xebgħa Nies (2014). Mill-1991 ippublika cartoon ta’ kull ġimgħa fis-Sunday Times ta’ Malta. Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More