Home / News / Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri Back to News Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri Festivals • Inizjattivi • Other 10th May, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed iħabbar bi pjaċir id-dati għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li dis-sena se jseħħ bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran il-Belt. Fetħu wkoll l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jridu jipparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-kotba. Għaqdiet mhux govvernattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-regolamenti aġġornati għall-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 tista’ titniżżel minn hawnhekk. Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika. Filwaqt li t-tħejjijiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 issa qabdu r-ritmu sew, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb konxju li jista’ jkun hemm xi bidliet fil-pjanijiet jekk l-awtoritajiet jagħtu struzzjonijiet biex jiġu evitati folol pubbliċi. Segwi s-sit tagħna u l-paġna tal-Facebook sabiex tkun aġġornat xi jkun se jiġri. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibilità għall-parteċipazzjoni mitlub li tikteb lil Matthew Borg (matthew.borg@ktieb.org.mt) jew lil Andrew Ricca (andrew.ricca@ktieb.org.mt). L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li jidher hawn taħt, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm). Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. Joseph J. Mangion, Il-Furjana, FRN 1800, MALTA. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More