Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali jiftaħ għada! Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali jiftaħ għada! Festivals • Other 9th November, 2020 Wara xhur ta’ xogħol ma jaqtax, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali jiftaħ għada l-Erbgħa 11 ta’ Novembru xprunat minn programm varjat ta’ attivitajiet tajbin għall-udjenzi ta’ kull età. Grazzi għan-natura virtwali tal-Festival, fil-verità tistgħu tibdew issegwuh mil-lejla stess għax se nxandru ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet tal-Premju Terramaxka, li s-soltu ssir b’mod privat qabel jiftaħ il-Festival. Ibda mill-Erbgħa u ibqa’ sejjer sal-Ħadd se tkun tista’ tgawdi minn ħafna avvenimenti kollha online u b’xejn, li se jixxandru diretti f’darek u li tista’ taċċessahom mis-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew mill-paġna tal-Facebook tiegħu. Fl-okkażjoni speċjali tal-ewwel edizzjoni virtwali tal-akbar festival tal-ktieb f’Malta u Għawdex, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħadem id f’id mal-pubblikaturi u l-eżebituri tal-Festival sabiex noħolqu programm li xorta waħda jwassal dak is-sens ta’ ġenjalità, skambju u kreattività li s-soltu jkun hemm… u did-darba nistgħu nilħqu komunità ferm usa’ ta’ nies ħabbieba tal-kotba. Hemm aktar minn 60 attività fil-programm tal-attivitajiet, fosthom preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba, laqgħat mal-awturi, gruppi ta’ ħidma u diskussjonijiet, kif ukoll firxa ta’ attivitajiet għat-tfal. Fost il-mistiedna internazzjonali għal dis-sena se nkunu qed nilqgħu l-awtur ċelebri ta’ The Satanic Verses u l-kapolavur tar-realiżmu maġiku Midnight’s Children, Sir Salman Rushdie. Rushdie se jkun qed jingħaqad f’konverżazzjoni mmexxija minn Prof. Clare E Vassallo mar-rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba Dr Alfred Sant, kif ukoll se jipparteċipa f’sessjoni diġitali ta’ Q&A. Il-Festival tal-2020 se jkun qed jilqa’ wkoll aktar minn 10,000 student li ġew irreġistrati għall-edizzjoni biex isegwu damma ta’ performances ibbażati fuq kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-snin preċedenti u anki ta’ dis-sena, li nħabbruhomlkom illejla. Biex ukoll inwieżnu l-qari fost l-udjenzi ż-żgħar, it-tfal irreġistrati kollha qed jirċievu vawċer ta’ €5 li jistgħu jsarrfuh għand il-ħwienet tal-kotba online tal-eżebituri virtwali kollha tal-Festival. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 ibqa’ segwi s-sit www.ktieb.org.mt jew il-paġna tal-Facebook tal-KNK. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More