Home / News / Tiftaħ l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020: Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka Back to News Tiftaħ l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020: Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 10th November, 2020 Illejla fetaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li qed isir għall-ewwel darba kollu online. Kif jiġri kull sena, il-Festival jiftaħ biċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Is-serata tmexxiet minn Chrysander Agius u Daniel Chircop (Danusan) u ġiet irrekordjata, mingħajr nies f’Dar il-Mediterran minn fejn bosta mill-attivitajiet tal-Festival ta’ dis-sena se jkunu qed jixxandru. Fil-kumment tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, irringrazzja lill-pubbliku tal-interess tiegħu fil-Festival minkejja ċ-ċirkostanzi differenti li fihom qed isir. Camilleri feraħ lir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka, u qal li l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka huma xhieda tal-aħjar kotba ppubblikati lokalment. Ħeġġeġ lil kull kittieb biex jibqa’ għaddej b’xogħlu. Finalment, Camilleri għadda messaġġ lill-pubblikaturi biex ma jaqtgħux qalbhom f’dan iż-żmien, żied li l-ktieb xorta jibqa’ għodda ewlenija għall-iżvilupp intellettwali u kulturali tal-pajjiż u enfasizza l-bidla importanti tal-industrija kollha għall-online, li l-Festival innifsu qiegħed jixpruna. Qabel ma tħabbru r-rebbieħa nqraw xi paġni minn wieħed mill-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tal-2019, jiġifieri ‘Amina’ ta’ Antoinette Borg, li kien rebaħ il-kategorija għall-kotba oriġinali għal żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena. Iċ-ċerimonja kompliet b’Danusan iħabbru l-kotba rebbieħa f’kull kategorija, flimkien ma’ intervista qasira li saret mal-awturi rebbieħa. B’kollox kien hemm sitt premji li ngħataw f’żewġ kategoriji ta’ kotba oriġinali għal tfal bejn 0-7 snin u 8 u 12-il sena, tliet rebbieħa oħra għal tliet kategoriji ta’ kotba maqlubin għall-Malti għal tfal bejn 0-7, 8-12 u 13-16-il sena, u premju għall-pubblikatur bl-aħjar produzzjoni ta’ ktieb bl-isbaħ dehra. Ir-rebbieħa kollha tal-Premju Terramaxka 2020 Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Sandra Hili Vassallo bil-ktieb Mikelin (Merlin Publishers). Illustrazzjonijiet ta’ Susanna Rumiz. Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) Leanne Ellul bil-ktieb L-Istorja ta’ Seb it-Tieni (u ta’ Seb l-Ewwel ukoll) (Merlin Publishers). Illustrazzjonijiet ta’ Noémie Gionet Landry. Kategorija: xogħlijiet maqlubin għall-Malti (0-7) Clare Azzopardi bil-ktieb Ottu Ma Jridx Jikber (Merlin Publishers). Kategorija: xogħlijiet maqlubin għall-Malti (8-12) Leanne Ellul u Clare Azzopardi bil-ktieb L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma (Merlin Publishers). Kategorija: xogħlijiet maqlubin għall-Malti (13-16) John A. Bonelli bil-ktieb Żero (Merlin Publishers). Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Merlin Publishers għall-ktieb Noé u l-Iskojjattlu Bla Kwiet. It-tim organizzattiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jawgura Festival ieħor mill-aħjar lill-pubblilku ġenerali, u jistiednu jidħol fuq il-paġna tal-Facebook tal-KNK jew fuq is-sit www.ktieb.org.mt biex isegwi l-attivitajiet kollha tal-Festival. Biex tixtri l-kotba u tibbenefika minn offerti speċjali għall-jiem tal-Festival żur dil-paġna. SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More