Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri Other 24th November, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Professur Oliver Friggieri, intellettwali pubbliku ewlieni, kittieb u akkademiku. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu u l-istudji dwar il-Letteratura Maltija mhux biss huma xogħlijiet seminali, iżda huma wkoll rifless taċ-ċentralità li ta lill-ilsien Malti. Il-KNK se jkun ukoll qed jirriżerva post għax-xogħlijiet ta’ Friggieri fil-mużew tal-letteratura li qed jiġi rrestawrat bħalissa l-Belt Valletta, fost l-oħrajn bl-eżebizzjoni tal-manuskritti L-Istramb (li oriġinarjament kien se jkun jismu ‘Meta Xejn ma Jitbiddel’) u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. Minkejja d-diqa li ġġib magħha telfa bħal din, il-qalb titqawwa meta jiġi nnutat l-apprezzament li ntwera lejn ħajtu minn setturi varji tas-soċjetà. Id-deċiżjoni li l-Gvern jorganizza l-funeral ta’ Friggieri hija turija ta’ kemm il-Gvern jifhem l-importanza tal-letteratura, u għalhekk il-KNK jilqa’ din l-inizjattiva. Li hu żgur hu li l-mewta ta’ figura monumentali bħal Oliver Friggieri twaħħlilna mill-ġdid quddiem wiċċna l-importanza tal-letteratura f’ħajjitna. Il-kotba li kull qarrej iżomm qrib qalbu u moħħu setgħu jaslu għandu biss bis-saħħa ta’ industrija tal-pubblikazzjoni li mingħajrha ma jkunx hawn żvilupp kulturali u intellettwali suret in-nies. Bil-ħsieb li nsostnu l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ lill-Gvern sabiex juri s-sapport tiegħu għall-qafas leġislattiv li qed nipproponu. Iċ-ċerimonji u r-radd il-ħajr iridu jitwaħħdu ma’ u jkunu akkumpanjati minn riformi legali importanti li jwieżnu aħjar lill-industrija u jassiguraw li tibqa’ teżisti, għax fl-aħħar nett minn din l-industrija niddependu biex jibqa’ jkollna awturi ta’ diwi nazzjonali u xogħlijiet letterarji ta’ livell għoli. Krettu tar-ritratt ta’ Friggieri: Mark Zammit Cordina SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More